L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

|werrej|>> 


Immakulata

1854-2004


ta' Patri Thomas Calleja OFMConv


 

M'hemmx mara oħra hekk sabiħa,

M'hemmx mara oħra liebsa x-xemx,

M'hemmx mara oħra bla mittiefsa,

Fost in-nisa bħalha m'hemmx!

 

M'hemmx mara oħra fost l-imnissla,

M'hemmx mara oħra fost kemm qlub,

M'hemmx mara oħra daqshekk safja,

Fost in-nisa mingħajr dnub!

 

M'hemmx mara oħra tfur bil-grazzja,

M'hemmx mara oħra hekk mimlija,

M'hemmx mara oħra hekk imbierka,

Fost in-nisa bħal Marija!

 

M'hemmx mara oħra  b'tnax-il kewkba,

M'hemmx mara oħra 'nkurunata,

M'hemmx mara oħra minghajr tebgħa,

Fost in-nisa: 'Mmakulata!

 

 

Rabat - Għawdex

1 ta' Ottubru 2004


Din il-poezija giet mikutba quddiem ix-xbieha tal-Kuncizzjoni fil-Knisja ta' San Frangisk fir-Rabat - Ghawdex

Valletta: 4.10.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.