L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni

 

 <<|werrej|>> 


Il-Milizzja ta' l-Immakulata Kuncizzjoni


 

 

 

 

Il-Milizzja ta' l-Immakulata (M.I.) hija ghaqda internazzjonali ta' Kattolici li waqqafha San Massimiljan M. Kolbe fl-1917.

 

L-ghan tal-Milizzja hu li tghin lin-Nisrani jghix hajja ta' konverijoni bla waqfien, huwa u jimxi wara l-Mulej fuq il-mudell tal-Vergni bla tebgha, li hi l-mara li semghet u stenniet.

 

Il-Milizzja tghin lin-Nisrani jghix b'kuragg u umiltà hajja ta' spiritwalità missjunarja b'rizq l-evangelizzazzjoni tad-dinja. Ix-xenqa ghall-migja tas-Saltna ta' Alla fostna hija l-qalba ta' l-ideal Kolbjan.

 

Il-mezzi tal-Milizzja huma: it-talb, il-hajja tal-grupp, u t-tahrig bla hedu fil-karità, permezz tal-hidma volontarja, lejn il-bnedmin imzebilhin fid-dinjità taghhom. Hemm ukoll it-tixrid ta' l-istampa Marjana u d-devozzjoni lejn il-Midalja mirakuluza. Wiehed mid-dmirijiet ta' l-imsehbin fil-Milizzja ta' l-Immakulata hu li jghidu l-Att ta' Konsagrazzjoni miktub minn San Massimiljan u jghixuh fil-hajja taghhom.

 

 

 

 

 

 

 


Valletta: 5.2.2004


 

Talba ta'

San Frangisk

lil Marija

 

Qaddisa Vergni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar gholi

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis taghna

Gesù Kristu,

Int

l-gharusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.