L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni

 

 <<|werrej|>> 


Att ta' Konsagrazzjoni

lil Vergni Marija Immakulata


Vergni bla tebgha,

Omm tieghi Marija,

jiena ngeddidlek illum u ghal dejjem

il-konsagrazzjoni tieghi innifsi

sabiex inti tiddisponi minni ghal gid ta' l-erwieh.

Biss nitolbok,

Sultana tieghi u Omm il-Knisja,

li jien nahdem bil-fedeltà mieghek,

ghall-migja mixtieqa

tas-Saltna ta' Gesù Kristu fid-dinja.

Noffrilek, ghalhekk,

o Qalb bla tebgha ta' Marija

it-talb, l-ghemil u s-sagrificcju ta' dan il-jum...

 

(zid l-intezjoni tax-xahar, ara isfel)

 

... O Marija

imnissla minghajr dnub.

Itlob ghalina li nigu ghandek

u ghal dawk li ghandek ma jigux,

l-aktar ghall-ghedewwa tal-Knisja Mqaddsa

u ghal dawk li huma fdati lilek.

 


Intenzjonijiet tax-xahar


Jannar: Biex bil-hidma sinciera ta' l-insara kollha flimkien tithaffef il-mixja lejn l-ghaqda u l-paci.

 

Frar: Biex bl-impenn fil-konverzjoni ta' kull jum insiru xhieda tal-Vangelu ghall-bierda u l-imbeghdin.

 

Marzu: Biex ikollna hila naghrfu z-zrieragh tal-Verb li jinsab fil-kultura ta' zmienna u nghinuhom jinbtu u jikbru.

 

April: Biex naghrfu naghtu xhieda tal-ferh u t-tama ta' Kristu Rxoxt billi kull jum ninghataw ghall-proxxmu.

 

Mejju: Biex l-Ispirtu s-Santu jaghtina l-qawwa li nwasslu ghand l-ohrajn bil-hegga l-fidi f'Gesù.

 

Gunju: Biex il-familji jhossuhom imsahhin bil-Komunità Nisranija huma u jghixu s-sejha taghhom.

 

Lulju:  Biex l-adulti jaghrfu jwasslu liz-zghazagh il-valuri tal-hajja gewwiena u ta' l-imhabba ghal Kristu u ghall-Vangelu tieghu.

 

Awwissu: Biex fuq l-ezempju ta' San Massimiljan naghrfu nwiegbu ghall-ghamliet il-godda tal-faqar b'ghamliet godda ta' karità.

 

Settembru:  Biex il-komunitajiet ekklesjali, bis-sahha tal-mixja taghhom fil-fidi, jaghrfu jilqghu dejjem fi hdanhom lil dawk li ma jipprattikawx.

 

Ottubru:  Biex inhossuna fid-dmir ninghaqdu bil-ferh fil-missjoni tal-Knisja li xxandar lill-gnus kollha lil Kristu, l-uniku Salvatur tal-bniedem.

 

Novembru:  Biex kull Nisrani jaghraf jaghti kont tat-tama tieghu bil-ghajxien tal-mahfra maqlugha u moghtija.

 

Dicembru:  Biex il-Milied tal-Mulej jghallimna naraw f'kull bniedem lill-Verb maghmul bniedem, filwaqt li nerghu naghtu d-dinjità lil kull min tilifha.

 


Din it-talba  hija ppublika mill-Milizzja ta' l-Immakutata.

Valletta: 7.2.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.