San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni  

 

 <<|werrej| 


Festa tal-Immakulata fl-Imqabba


Marvin Sciberras


Celebrazzjonijiet specjali fl-okkazjoni

tal-150 sena tad-Domma fl-Imqabba

 

Biex ifakkru l-okkazjoni  tac-Celebrazzjonijiet li jfakkru eghluq il-150 sena mid-Definizzjoni u Proklamazzjoni Solenni tad-Domma tat-Tnissil bla Tebgha tal-Vergni Marija, is-Socjeta’ Muzikali Madonna tal-Gilju flimkien mal-Fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ l-Imqabba, hejjew numru ta’ attivitajiet. Dan sabiex dan l-anniversrju hekk importanti ghall-Knisja Kattolika ikun imfakkar kif jixraq.

 

Il-Festi bdew nhar il-Gimgha 3 ta’ Dicembru 2004 bil-ftuh tan-Novena tal-Kuncizzjoni. Fis-6.00pm kienet tibda’ Quddiesa Kantata fil-Knisja Parrokkjali ta’ l-Imqabba, fejn wara ssir it-talba tal-Kurunella ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni u Celebrazzjoni Ewkaristika. Matul dawn il-jiem saret mixeghla tal-faccata tal-Kazin tas-Socjeta’ Muzikali Madonna tal-Gilju. Nhar il-Gimgha 3 ta’ Dicembru, il-jum li fih bdiet in-novena il-Fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ l-Imqabba attendit ghal Serata Muziko-Letterarja fil-Knisja ta’ San Pubbliju li tinsab fuq il-Grotta ta’ San Pawl gewwa r-Rabat, Malta.

 

Nhar il-Hadd 5 ta’ Dicembru fil-11.00am, sar il-hrug Solenni ta’ l-Istatwa Artistika tal-Madonna tal-Gilju min-nicca taghha, u l-espozizzjoni taghha fuq il-bradella gewwa l-Knisja Parrokkjali ta’ l-Imqabba. Id-Devoti kollha kienu mhegga biex jattendu bi hgarhom.

 

Nhar it-Tlieta 7 ta’ Dicembru fil-5:00pm, il-Fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ l-Imqabba  giet mistiedna biex tiehu sehem fit-Transulazzjoni Solenni bir-Relikwa tal-Madonna mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Giezu’ ghall-Knisja ta’ San Frangisk gewwa l-Belt Valletta.  Kif il-Purcissjoni waslet fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali kien hemm Quddiesa Solenni koncelebrata bis-sehem tal-Provincjali u patrijiet mit-tlett Familji Frangiskani. Kien hemm transport provdut li jitlaq mill-Pjazza ta’ l-Imqabba biex id-devoti jkunu jistghu jiehu sehem.

 

Nhar l-Erbgha 8 ta’ Dicembru fid-9.30am, il-Fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ l-Imqabba giet mistiedna mill-Frangiskani Konventwali tar-Rabat, Ghawdex sabiex tiehu sehem waqt Koncelebrazzjoni Pontifikali immexxija mill-Kardinal Szoka bhala parti mic-Celebrazzjonijiet tal-Festi tal-150 anniversarju tad-Domma ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni li saru b'mod Solenni fil-Gzira ta' Ghawdex. Fil-ghaxija il-Fratellanza hadet sehem ukoll fil-Processjoni bl-istatwa ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni tar-Rabat, Ghawdex. Ghal din l-okkazjoni rega' kien hemm transport provdut.

 

Nhar il-Gimgha 10 ta’ Dicembru kien hemm il-ftuh ta’ Wirja fl-okkazjoni tal-150 sena mill-Proklamazzjoni tad-Domma ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni bil-kollaborazzjoni tas-Sur Mario Fenech. Din il-Wirja  tittratta it-tixrid tad-Devozzjoni lejn l-Immakulata Kuncizzjoni tul iz-zmien. L-inawgurazzjoni ta’ din il-Wirja saret mill-Kappillan tal-Parrocca ta’ l-Imqabba Dun Nazzareno Caruana. Il-Wirja damet miftuha sal-Hadd 12 ta' Dicembru.

 

Nhar il-Hadd 12 ta’ Dicembru, giet ccelebrata il-Festa ta’ Marija Mmakulata Kuncizzjoni gewwa l-Parrocca ta’ l-Imqabba. Filghodu saret quddiesa kantata u Koncelebrata fll-Knisja Parrokkjali. Din il-Quddiesa kienet imxandra diretta fuq Radju Marija. Fl-4.00pm, saret Quddiesa Kantata Solenni u harget il-Processjoni bl-istatwa artistika u devota tal-Madonna tal-Gilju bis-sehem tal-kleru u l-poplu  u tal-Fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ l-Imqabba.  Ghal din l-okkazjoni kienu mistiedna biex jiehdu sehem diversi Fratellanzi ohra minn madwar Malta.  Ma’ dhul il-Purcessjoni, tkantat l-Antifona, u t-Te Deum bhala ringrazzjament tal-festi specjali fl-okkazjoni tal-150 sena tad-Domma u saret Celebrazzjoni Ewkaristika.

 

Il-Festi esterni komplew izidu l-ferh ta' din l-okkazjoni. Il-Banda Madonna tal-Gilju tat programm muzikali fil-pjazza ewlenija ta’ l-Imqabba taht id-direzzjoni tas-Surmast taghha Mro Andrew Calleja bis-sehem shih tal-Bandisti tal-post. Fost is-siltiet muzikali li  jindaqqu. Kien hemm Innu lill-Madonna tal-Gilju ta' Mro Joseph Darmanin.


Dan it-taghrif wasal ghandna minghand Marvin Sciberras P.R.O, Sezzjoni Zaghzagh Soc. Muz. Madonna tal-Gilju Mqabba

Valletta: 10.12.2004


Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesů Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.