![]() |
San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
L-Immakulata f'sett ta' bolli maħruġ b'tifkira tal-100 sena tad-Domma ta' l-Immakulata Fr Thomas Calleja OFMConv
Nhar it-8 ta' Settembru 1954 l-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta ta' Malta ħareġ set ta' Bolli biex ifakkru l-ewwel ċentinarju tal-proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Immakulata Kunċizzjoni mill-Papa Piju IX bil-bulla Ineffabilis Deus fl-1854.
Dan is-set speċjali ta' bolol iddedikati lill-Immakulata Kunċizzjoni kien magħmul minn tliet bolli li t-tlieta li huma juru l-istess xbieha - dik tal-kwadru titulari li hemm fuq l-altar Maġġur tal-Knisja Kolleġġjata Arċipretali tal-Kunċizzjoni ta' Bormla.
Kull bolla f'dan is-set kienet ġiet stampata b'kulur wieħed, iżda b'valur differenti. L-ewwel waħda b'lewn aħdar, ġħandha valur ta' 1½d (sold u nofs li llum bejn wieħed u ieħor huwa ta' 0.62 ċenteżmu), oħra b'valur ta' 3d - (tlett soldi =1.25ċent) lewn ikħal u l-oħra ta' lewn griż b'valur ta' 1/- (xelin jew 5ċents tal-lum).
Id-disinn tal-bolol sar fuq il-pittura ta' Pietru Pawl Caruana (1793-1852). Madwar il-kwadru fuq il-bolla hemm il-kliem bl-ingliż b'ittri kbar: CENTENARY OF THE DOGMA OF THE IMMACULATE CONCEPTION. Fuq iż-żewġ irkejjen tan-naħa ta' fuq tal-bolla hemm id-dati: fuq ix-xelluq 1854 u fuq il-lemin 1954. Fil-patri t'isfel hemm miktub b'ittri kbar ukoll l-isem MALTA. Fuq iż-żewġ naħat tal-kelma Malta hemm il-valur rispettiv tal-bolla, 1½d, 3d u 1/-.
Il-Bolli kienu stampati mid-ditta Harrisons & Sons fuq tip ta' karta imsejħa chalk surface paper. Dan is-sett kien iġib wkoll il-watermark dik magħrufa bħala Multiple Crown and Script CA (watermark 4, J.B: Catalogue).
Il-folji tal-bolol kien irranġat b'mod li kull folja jkollha sittin bolla, jiġifieri b'sitt ringieli b'għaxra kull waħda. Dawn kienu pperforati tat-tip single comb ta' 14.6 x 13.7. Fuq il-bolol ma kienx jidher l-isem ta' l-istampatur.
F'dan is-sett kienu dehru xi
difetti. L-ewwel żball kien fuq il-folja tal-bolli tas-1½d (sold u
nofs). Fit-tieni bolla tal-ħames ringiela ta' dawn il-folji kien hemm
bħal dell taħt l-ittra
It-Tieni difett deher fuq kull folji tax-1/- (xelin). Fit-tieni bolla tal-ħames ringiela deher bħal ċirku żgħir taħt l-ittra I ta' Immaculate.
Dan is-sett kien irtirat miċ-ċirkulazzjoni fis-6 ta' Diċembru 1954. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-sett ara: is-Suppliment nru 2 li deher fir-rivista Madonna Ta' Pinu, Sena XXIV, Vol VIII, Nru 126, Lulju - Settembru 2003 maħruġ mis-Santwarju Ta' Pinu - Għawdex. Valletta: 5.3.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
|
|
![]() |