![]() |
San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
Tota Pulchra Ktejjeb-Tifkira
Tota Pulchra huwa l-isem tal-Ktejjeb-Tifkira maħruġ mill-Kunvent tal-Franġiskani Konventwali Pjazza San Franġisk Victoria - Għawdex fl-okkazjoni tal-Festa ta' l-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata fil-Knisja ta' San Franġisk ta' Assisi kull sena fit-8 ta' Diċembru.
Il-Komunita' tal-Patrijiet Franġiskani li jieħdu ħsieb il-Festa ta' l-Immakulata Kunċizzjoni hija ffurmata minn: Patri Michael Attard OFMConv - Gwardjan Patri Bonaventura Camilleri OFMConv Patri Egidju Mizzi OFMConv Patri Dumink Bonello OFMConv Patri Ruggier Camilleri OFMConv
Il-Kumitat tal-Festa ta' l-Immakulata Kunċizzjoni għas-sena 2003-2004 huwa ffurmat minn: President: Patri Michael Attard OFMConv - Gwardjan Presidenti Onorarji: Patri Alfred Calleja OFMConv - Ministru Provinċjal; u Onor. Anton Tabone; Patri Gorg Attard OFMConv - eks-Gwardjan. Konsulenti Legali: Dr Joseph Ellis LLD, Dr Joe Grech BA, LLD. Segretarju: Kav. Joe A. Attard Assistent Segretarju: Antonio Portelli Tezorier: Antony Said P.R.O: Kav. Joe A. Attard Membri: Joe Aquilina; Tarcisju Attard; George Zammit; George Mizzi; George Camilleri; Tonio Ellis; Charlie Zammit; Tonio Debattista; Jason Farrugia; Anthony Farrugia; Josef L. Camilleri u Anthony Cauchi.
Min jixtieq aktar informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni “Tota Pulchra” jew min jixtieq jibghat xi korrispondenza jista juza dan l-indirizz: L-Editur "Tota Pulchra" "Marjos" Triq Sur Paul Boffa Victoria VTR 106 - Għawdex Minn qalbna inroddu hajr lil Patri Michael Attard OFMConv li taghna l-barka tieghu biex inġibu l-artikli li nixtieq f'dan is-site. Ħajr ukoll lil Francesco Pio Attard talli wassalilna ħafna artikli permezz ta' email. Valletta: 23.2.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
|
|
![]() |