Kitbiet ta' San Frangisk |
|
Tifhir lil Alla l-Gholi miktub fl-1224
Int qaddis, Mulej Alla wiehed, li taghmel hwejjeg tal-ghageb. Int qawwi, Int kbir, Int l-Aktar Gholi. Int is-Sultan li tista’ kollox, Int Missier Qaddis, Sultan tas-sema u l-art.
Int, wiehed-u-tlieta, Mulej Alla fuq l-allat, Int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba, Mulej Alla haj u veru.
Int imhabba, int gherf, int umiltà, int sabar, int sbuhija, int gwejjed. Int kenn, int sliem, int hena u ferh, int tama taghna, int gustizzja.
Int il-qjies, int l-ghana kollu taghna. Int gmiel, int gwejjed. Int li tharisna. Int li tghasses fuqna u tidhol ghalina. Int qawwa. Int serhan.
Int it-tama taghna, int il-fidi taghna, int l-imhabba taghna, int il-hlewwa kollha taghna, int l-hajja bla tmiem taghna, kbir u tal-ghageb, Mulej Alla li tista’ kollox, Feddej tal-hniena.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Jannar 2003 |
Din it-talba ta' tifhir tinsab fuq il-parcmina flimkien mal-Barka lil Frate Leone.
Frangisku kiteb dan it-tifhir b'idu stess wara li rcieva il-pjagi fuq La Verna f'Settembru 1223.
Il-kitba originali tinsab mharsa mill-Frangiskani Konventwali fil-Kappella tar-relikwi fil-Bazilka nferjuri ta' San Frangisk F'Assisi.
.
|