|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Hajja f'RivotortoFrangisku ma' l-ewwel kumpanji fl-gharix ta' Rivotorto mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji Frangisku l-missier hieni flimkien ma' uliedu kienu jghixu f'post qrib Assisi jismu Rivotorto, fejn kien hemm gorbog mitluq minn kulhadd. Dan il-post kien tant dejjaq u fih l-ahwa bilkemm setghu joqghodu bilqieghda jew jistriehu. Ta' spiss kien jonqoshom il-hobz u l-uniku ikel li kien ikollhom kien it-tewm, li kienu jieklu wara li kienu jmorru jittallbu ghalih fl-inhawi. Il-bniedem ta' Alla kien jikteb l-ismijiet ta' l-ahwa fuq it-travi ta' dak il-gorbog, sabiex min ikun irid jistrieh jew jitlob jaghraf postu, u f'dak il-post tant dejjaq l-ahwa ma jfixklux lil xulxin fil-hemda tar-ruh.
Jum minnhom, meta l-ahwa kienu joqoghdu f'dak il-post, gie bidwi bil-hmar tieghu u ried jidhol f'dak il-gorbog biex joqghod hemm. Biex l-ahwa ma jkeccuhx 'il barra, hu u diehel mal-hmar tieghu qallu: "Idhol, idhol, ghax hawnhekk sibna post tajjeb ghalina". Meta l-missier imqaddes sema' dawn il-kelmiet u fehem x'kellu f'mohhu dan il-bidwi, hassu hafna mdejjaq fl-ispirtu, l-aktar ghaliex dak l-istorbju kbir li ghamel mal-hmar tieghu kien fixkel lill-ahwa li dak il-hin kienu moghtijin ghas-skiet u t-talb. Ghalhekk il-bniedem ta' Alla qal lill-ahwa: "L-ahwa, naf li Alla ma sejhilniex biex inhejju post biex fih joqghod hmar u lanqas biex noqoghdu ninghataw ghal hafna diskors mal-bnedmin, imma filwaqt li nippriedkaw it-triq tas-salvazzjoni u naghtu pariri ghaqlin lill-bnedmin, irridu ninghataw l-aktar ghat-talb u r-radd ta' hajr".
Hallew ghalhekk dak il-gorbog ghall-uzu tal-lebbruzi foqra, u marru jogoghdu f'Santa Marija tal-Porziuncola.
56 Imbaghad l-imqaddes Frangisku, skond ir-rieda u l-ispirazzjoni ta' Alla, akkwista din il-knisja mill-abbati ta' San Benedetto tal Monte Subasio. Il-qaddis, b'mod mill-aktar specjali u mimli affett, irrikmanda dan il-post bhala l-post li l-Vergni glorjuza thobb aktar mill-postijiet a l-knejjes l-ohrajn ta' din id-dinja.
Mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji Kapitlu XII, 55-56.
Rivotorto jew il-Porzjunkla nota ta' Patri Albert Sammut OfmConv. * Ghalkemm il-hsieb taghna mhux dak li naghmlu studju kritiku fuq l-inqaqar kollha tal-grajja frangiskana, madankollu nixtiequ nehemzu kelmtejn, mal-bqija tat-hajja ta' Frangisk, fuq l-imkien fejn beda jinqabar l-Ordni u fejn ghex l-ewwel zmien ta' hajtu. La tistenewx li se' nhollu l-bicca kollha u nsoddu halq kulhadd. Hemm min ighid li n-nieqa ta' l-ewwel Ordni kienet Rivotorto u hemm ohrajn li jzommu l-Porzjunkla bl-ibkar benniena. Sew fuq naha u kemm fuq ohra hemm ismijiet kbar, u mhux la kemm wiehed jghid: Dik it-tajba u l-ohra l-hazina! Imma nzidu dal-kelmtejn biex hadd ma jghid li ahna, bla ma xammimna bicca bhal din, bqajna ghaddejjin 'il quddiem bhallikieku kulhadd jemmen u jzomm dak li xaqlibna ghalih ahna fuq hekk.
Minnu li Frangisk ried iqiegbed l-Ordni tieghu taht il-harsien tal-Madonna. Minnu li l-Fqajjar, meta kien ghadu mal-hdax tal-bidu, kellu fejn idahhal rasu fil-masgar qrib il-knisja ta' l-Angli. Minnu li lahaq qatta' xi erbat ijiem qrib il-knisja tal-Porzjunkla, u li laqa' lil xi xrik f'Santa Marija ta' l-Angli: Minnu wkoll li Frangisk kellu qalbu marbuta ma' dak l-imkien ghaziz, izda hadd ma jista' jichad li l-ghamara tieghu, fejn kien joqghod hu u l-hdax-il xrik, kienet Rivotorto. Hawnhekk kien jghix u mhux jghaddi ftit jiem bhalma kien jaghmel fil-Porzjunkla. Hemm xi kittieba li jfissru ruhhom bi kliem li ma' jiftiehmx biizejjed, u ghalhekk inholoq xi ftit tilwim fuq il-benniena ta' l-0rdni frangiskan.
Ftit kliem ghidna, u nemmnu li hu bizzejjed. Mill-bqija din mhix haga ta' hawn, ghax hsiebna hu l-hajja ta' Frangisk t'Assisi u mhux l-inqaqar li mqar l-istorici ghadhom ma qablu fuqhom:
Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, nru 66 Ottubru -Dicembru 2002, 16. * Mill-Ktieb ta' Albert Sammut OFMConv., San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja, Religjon u Hajja, Hajjiet 2, 1969; 40 Assisi 12.7.2003 |
Frangisku ma' l-ewwel kumpanji fl-gharix ta' Rivotorto
|
|