|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Habbâr tas-Sultan il-KbirFrangisku jibda jxandar il-Bxara it-Tajba mill-kitba ta' Patri Albert Sammut OFMConv Frangisk, wara li halla d-dejr ta' l-Isqof, telaq ghal ghonq it-triq. Sa fl-ahhar lahaq il-berah wiesgha ta' genb is-Subasju u fethilha jghanni b'kemm tawh gargih. Lehnu dewa hieles, imma hargu mill-mohba xi hallelin li qabzu fuqu biex iteftfuh. Meta rawh daqshekk hieni staqsewh mistaghgbin min kien. Frangisk, bil-heffa tal-ferh fuq wiccu wegibhom: "Jien il-Habbâr tas Sultanil-Kbir!".
U dawk mifxulin ghax ma fehmux kif dak faqar kollu sata' jnixxi l-hena, qabdu fih, taptpulu tnejn u xehtuh go hondoq mimli borra. "Oqghod,"' qalulu minn qiegh grizmejhom, "ja brikkun hoxni! Issa thabbru l-Alla!" U'telquh jitqalleb fil-borra. Wara hafna tahbit irnexxielu jitla' u ssokta trieqtu, 'il fejn ma jafx.
Kien ghamel il-lejl meta habbat bieb ta' kunvent. Ittallab xihaga, laqa' jdejh u l-bieb raga' nghalaq f'wiccu.
Mas-sebh gibed ghal Gubbju fejn, b'ferh kbir ta' qalbu, sab 'il wiehed li kien jafu sewwa. Il-habib dar hafna bih u sa tah qmis twila hziem, qorq u hatar. Infirdu u Frangisk baqa' jdur ifittex u, fejn isib l-imgiddmin, jaqdihom b'qalbu kollha. Ma damx ma raga' ghal San Damjan. Beda jittallab il-gebel u jsewwih. Ghal zaqqu lahaq dar Assisi bieb bieb jtlob xi loqma hobz; u garrab xihaga f'dad-dawriet! Darba li kien jittallab Assisi, imqatta' u zmattat, mar wiehed fuqu u, biex ighaddi z-zmien bih qallu: "Gha lilek! Beghi habtejn gharaq!" Frangisk bla ma hadha farka, wiegeb: "Leqq, hej! Dak ma nbieghux, ghax il-Mulej ihallsu bil-gholi!" Anglu kien, hu Frangisk, li baghatlu 'l dak in-nibxa!
San Damjan kien temmu. Daru kif kien imiss bil-gebel li garr fuq kitfejh. Imbaghad ha hsieb it-tiswija ta' zewgt iknejjes, ohrajn dik ta' San Pietru u l-ohra tal-Porzjunkla (dik tas-"Sehem iz-Zghir). Dan ir-rakkont huwa mehud mill-ktieb ta' Albert Sammut OFMConv., San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja, Religjon u Hajja, Hajjiet 2, 1969; 30. Assisi: 10.7.2003 |
Frangisku beda jxandar il-Bxara it-Tajba. Izda hargu mill-mohba xi hallelin li qabzu fuqu biex iteftfuh. Meta rawh daqshekk hieni staqsewh mistaghgbin min kien. Frangisk, bil-heffa tal-ferh fuq wiccu wegibhom: "Jien il-Habbâr tas Sultan il-Kbir!".
|
|