|
San Frangisk - Hajja |
|
|
<<|werrej|>><< lura lejn l-1 parti ...ikompli fit-3 parti >> Frangisku ta' Assisi - 2Fuq il-Passi ta' Kristu Il-lehen misterjuz li Frangisku kien sema' fi Spoleto kien qallu "mur lura lejn darek u hemm inghandek x'taghmel". Issa kien lura f'daru. Hass dik il-hlewwa tas-sema wara l-ahhar ikla ma' hbiebu. Fehem li hbiebu bdew jitwarrbu minnu. Hass u kienet qed tinfired mill-hwejjeg tad-dinja. Ma fehemx sew x'kellu jaghmel.
Alla jkellem bil-mod il-mod lir-ruh. Id-dawl t'Alla huwa bhal dak tal-jum li jibda jbexbex qajla qajla sakemm jasal ghall-milja tieghu f'nofsinhar, Id-dawl jibda juri qisek bla ma tintebah. U hekk Alla beda jdawwal il-mohh ta' Frangisku.
U biex tara d-dawl wara li tkun rieqed trid tiftah it-twieqi ta' kamartek. Trid taghml sforz fuqek in-nifsek u tqum mill-hlewwa tan-naghas u s-sakra tar-raqda. Il-hwejjeg tad-dinja huma bhal-lejl li jraqqad u jsakkar u biex tqum minnu jinhtieg taghmel sforz biex tasal tiftah it-twieqi ta' ruhek u titpaxxa bid-dawl t'Alla.
Jaghtiha ghat-Talb Dan l-isforz Frangisku beda jaghmlu bla ma jintebah. Beda jaghtiha ghat-talb u jfittex jirbah lilu nnifsu.
Beda jirbah lilu nnifsu billi jhobb dak li kien baghad qabel. Qabel kien ihobb dak kollu li jlellex f'ghajnejn id-dinja, il-kobor u l-kbarat, ix-xalar u l-frugha,l-unuri u t-titli, l-ilbies ghani u l-festi. Imm'issa qa'bad rotta ohra differenti ghal kollox.
Beda jhobb il-foqra u jfittixhom u jfittex jonfoq flusu mhux ma' hbiebu imma maghhom. L-umiljazzjoni li hass dlonk wara li wasal lura minn Spoleto, umiljazzjoni li tant hawditu, issa beda jghozzha u fiha beda jilmah mezz qawwi li bih jirbah lilu nnifsu u jistmerr il-hwejjeg tad-dinja.
Beda wkoll jitlob u jduq il-hlewwa tar-ruh li tinghaqad m'Alla fi djalogu spiritwali, f'ghagda wisq iktar shiha minn dik li qabel kellu ma' hbiebu. Ghalhekk beda jfittex imkejjen imwarrba u hemm jerfa' mohhu lejn is-sema. Fehem tajjeb li Alla hu bhall-arja fina ta' fuq l-gholjiet li biex id-dugha trid titla' 'l fuq mill-widien imharrbta.
F'dan iz-zmien ta' hajtu, Frangisku ghamel pellegrinagg ghal Ruma. Mar hemm biex jaghmel penitenza u jitlob. Nafu li kien ferhan hafna. Fil-beft eterna ghamilha ta' fqir u fih hass il-helsien ta' qalb fqira. L-istorici ta' zmienu jghidulna li f'Ruma tkellem bil-Franciz, l-ilsien t'ommu li bih kien jinqeda meta kien ihoss qalbu tfur bil-ferh u l-hena.
Lura f'Assisi tghallem taghlima ohra. Fehem li shabu hallewh ghal kollox. Il-hbieb huma bhas-shab ta' l-ajru li malajr ighaddi u jghib. U fehem li qabel kienu mieghu biex jerdghu minn flusu u jiskru fix-xalar mieghu. Tumas minn Celano jghidilna li wiehed biss minnhom, "habib ta' klassi gholja", baqa' fidil lejh u jwennsu bil-kumpanija tieghu.
Sadattant baqa' jghammar f'dar missieru. Imma kuljum kien imur go ghar ftit 'il barra mill-belt biex hemm jinghaqad m'Alla fit-talb u l-hemda. U meta l-habib fidil tieghu kien jistaqsih ghaliex kien qed imur hemm, kien ighidlu li l-ghan tieghu kien "li jsib tezor mohbi". Kien it-tezor tal-hajja spiritwali, tal-ghaqda m'Alla, tal-paci tat-qalb,
Il-Kurcifiss jitkellem Darba minnhom Frangisku wasal wasla sa wahda mill-knejjes zghar li sikwit kien izur biex fihom jitlob. Din id-darba kienet il-Knisja ta' San Damjan li tahbat ftit 'il barra mill-belt. Kien wahdu fil-knisja u kien qed jitlob b'herqa kbira. Kien quddiem il-Kurcifiss li minn dak inhar baqa' famuz fl-istorja. B'ghajnejh mitlufa fuq Gesù msallab, Frangisku lemah fomm il-Kurcifiss jitharrek. U sema' lehen ikellmu. Gesù qallu "Mur, Frangisku, u sewwi d-dar tieghi li, kif qed tara, qieghda tiggarraf."
Dik inhar kien l-24 ta' Jannar tas-sena 1206 u kienet tahbat il-festa ta' San Felicjan, patrun tal-belt ta' Foligno. Barra mill-festa, in-nies ta' Foligno kienu jaghmlu fiera kbira. Frangisku sab l-okkazjoni li jbiegh hafna mid-drapp li kellu mahzun. Rama z-ziemel, ghabbieh bid-drappijiet u mar ibieghhom. Imbaghad qabad il-flus u rega' lura lejn San Damjan.
L-ghan ta' Frangisku kien li jaghti l-flus lill-qassis ta' San Damjan biex isewwi l-knisja tieghu li tassew kienet qed tiggarraf. Ried ukoll li jibqa' jghix hemm mal-qassis u jhalli dar missieru. Il-qassis ta' San Damjan kien jaf sewwa l-hajja mghoddija ta' Frangisku imma kien ghadu ma ntebahx bil-bidla li kienet saret fih. Haseb li Frangisku ried jghaddih biz-zmien u l-flus ma ridhomx. Imma, kontra qalbu, laqa' t-talba ta' Frangisku li jibqa' hemm mieghu fin-naqra ta' dar li kellu mal-knisja. Frangisku halla darba ghal dejjem id-dar ta' missieru. Dak in-nhar kien jum decisiv fil-hajja tan-zaghzugh
Ir-relazzjoni tal-missier, Pietro di Bernardone, ma kienetx sabiha. Meta sema' bid-decizjoni ta' ibnu, gabar mieghu l-qraba u l-hbieb u mar ghalih, Imma Frangisku harab minn San Damjan u nheba f'hoffra li kien haffer apposta, U hemm baqa' mohbi ghal xahar shih.
Frangisku qatt ma kien bniedem bezzieghi. F'dik il-hofra beda jistmerr lilu nnifsu ghan-nuqqas ta' kuragg li wera u fehem sewwa li dik il-hajja mohbija ma setghetx iddum wisq. Ghalhekk wara xahar halla l-hofra u rega' dahal fil-belt. Fil-belt, shabu rawh u kasbruh, Kulhadd beda ijiddiehak bih, Bdew jghajjruh iblah u mignun, Bdew iwaddbulu t-tajn u l-gebel. U l-missier sema' b dan kollu. U darba minnhom rega mar ifittxu kollu mghaddab. U meta sabu, qabdu, rabtu, hadu d-dar u qieghdu f'naqra ta' kamra, marbut.
Ftit jiem wara, Pietro di Bernardone kellu jhalli Assisi u jsiefer minhabba n-negozju. L-omm dejjem omm, u Madonna Pica hennet ghal binha. Hallitlu l-irbit u helsitu minn dak il-habs privat ta' darha. U Frangisku rega' mar ighammar f'San Damjan. U hemm qaghad isewwi b'idejh stess il-knisja qadima.
Missier fis-Smewwiet Pietro di Bernardone ma damx wisq imsiefer u, meta gie lura, fittex ifiehem lil ibnu biex ihalli dik il-hajja ta' genn li kien qabad, Meta l-iben ma riedx jisma', allura ipprova jeziljah mill-belt permezz tal-Konsli t'Assisi. Imma dan ma rnexxilux lanqas. Ghalhekk riedu jidher quddiem l-isqof u quddiemu biex il-haga tigi deciza darba ghal dejjem.
Kien f'nofs Marzu ta' l-1206 meta Frangisku deher quddiem missieru u l-Isqof Guido t'Assisi. Kif bdiet il-laqgha, bla telf ta' zmien Frangisku neza' hwejgu, xehithom ma' l-art u qeghedhom quddiem missieru, u qal: "Isimghu intom ilkoll u ifhmu: s'issa kont insejjah lit Pietro di Bernardone b'missieri; imma ghax iddecidejt li naqdi 'l Alla, issa sejjer naghtih il-gid, li minhabba fih hu mhawwad, u l-ilbies ukoll li hadt minn ghandu, ghax mil-lum 'il quddiem irrid inghid: Missieri li int fis-smewwiet, u mhux: aktar missieri Pietro di Bernardone."
Hekk ghalqet dik il-laqgha storika. Pietro halla s-sala mghaddab iktar minn qabel u ibnu, bic-cilicju fuq il-laham ta' qismu libes ilbies fqir u hareg minn hemm hieles u jtir bil-ferh. Minn issa 'l quddiem Frangisku kien t'Alla biss, bla rabta ma' hadd u b'hena liema bhalha f'qalbu.
Issa Frangisku ma' kellu xejn u beda jghix bit-talb u l-ghajnuna tan-nies twajba, Telaq minn Assisi u mar hdejn il-belt zghira ta' Gubbio fejn beda jahdem fil-kcina tat-patrijiet Benedittini fl-Abbazija ta' San Verecondo. Fil-bidu kien ittrattat hazin f'dik l-Abbazija, imma s-superjur malajr intebah bil-qdusija ta' dak iz-zaghzugh u beda jurih stima u qima.
Minn San Verecondo, Frangisku wasal sa' Gubbio u zar habib antik tieghu, certu Federico Spadalunga, li minn ghandu qala' bicca libsa. Imma qalbu kienet f'San Damjan, u m'ghaddiex zmien twit li ma regax sab ruhu fl-ghaxqa ta' dak l-imkien qaddis.
Il-bennej tal-Knejjes F'San Damjan, Frangisku m'ghaddiex il-jiem fil-ghazz. Kompla jsewwi l-knisja u ghal dan il-ghan kien jittallab gebel u tajn min-nies tat-qrib. Il-qassis xwejjah li kien jiehu hsieb il-knisja ma felahx jaghti daqqa t'id. Imma Frangisku ma qatax qalbu u kien jaghmel kollox wahdu sakemm gieb il-knisja fi stat hafna ahjar minn qabel.
Sadattant kien spiss imur izur il-lebbruzi fi-isptar taghhom li kien fit-triq li taghti minn Assisi ghar-rahal ta' Santa Marija. Ftit wara l-konverzjoni kien iltaqa' ma' wiehed minnhom fit-triq, stmerru imma reabh lilu nnifsu, resaq lejh u biesu. L-ghada kien rega' mar hemm u bies lil shabu l-imgiddma. Izda kien ma kellux familjarità ma' dawk l-imsejkna morda. Issa beda jmur sikwit, sar habib maghhom u kien jghaddi l-hin idewwihom u jahsilhom. Din kienet prova cara li Frangisku tbiddel mil-lejl ghan-nhar, u sar il-bniedem iehor, sid ghal kollox tieghu innifsu.
Malli temm ix-xoghol fil-knisja ta' San Damjan, medd idejh ghat-tiswija ta' kappella ohra. Kliem il-Kurcifiss: "Mur, Frangisku, u sewwi l-knisja tieghi li qed tiggarraf" kien fehemhom b'mod materjali. Ghalhekk biex jobdi l-kmand t'Alla, taha ghat-tiswija tal-kejjes imgarrfa. It-tieni kappella li mar isewwi kienet dik ta' San Pietro della Spina.
Kif spicca minn hemm, mar fir-rahal ta' Santa Marija, fil-kappella ckejkna u mitluqa, imsejha "Porzjunkola", li kienet iddedikata lil Marija Omm Gesù u li fiha kien dehru xi angli. Jinghad li l-kappella ta' Santa Marija ta' l-Angli kienet imbniet minn xi pellegrini li kienu ghadhom kemm waslu lura minn zjara lill-Art Imqaddsa tal-Palestina, aktarx fis-sena 352. Din il-kappella kienet propjeta' tal-patrijiet Benedittini ta' Monte Subasio, imma fi zmien Frangisku kienet mitluqa, aktarx billi kien hemm ftit nies fl-inhawi tal-qrib. U billi kienet intelqet, kienet fi stat ikrah, kwazi mgarrfa. Frangisku intefa' ghat-tiswija tal-kappella, u bil-hila tieghu kienet issir xi quddiesa fiha wkoll. Il-qassis xwejjah ta' San Damjan kien jinzel hemm iqaddes f'xi okkazjonijiet specjali biex jikkuntenta lil Frangisku.
Minn Eremit ghal Appostlu Wahda minn dawn l-okkazjonijiet kienet il-festa ta' San Mattija Appostlu, jew skond ohrajn, lejlet l-istess festa Ghalhekk id-data kienet jew l-24 jew it-23 ta' Frar. Aktarx kienet is-sena 1208, xi sentejn wara l-konverzjoni ta' Frangisku. Bhal fl-okkazjoni l-ohra, il-qassis nizel iqaddes u l-qari tal-Vangelu ta' dak inhar ghamel impressjoni kbira f'mohh Frangisku, b'mod tali li dak inhar saret bidla ohra f'hajtu.
Il-qari tal-Vangelu kien dan: "Dawn it-Tnax baghat Gesù, u wissiehom u qal: Intom u sejrin, xandru u ghidu: Qorbot is-saltna tas-smewwiet. Fejqu l-morda, naddfu l-imgiddmin, qajmu l-mejtin, keccu x-xjaten. Qlajtu b'xejn, aghtu b'xejn. La tihdux fi hziemkom la deheb, u la fidda, u lanqas flus zghar. La horga ghall-vjagg taghkom, la zewgt ilbiesi, la qorq u lanqas bastun; ghax il-haddiem jisthoqqlu iklu. U f'kull belt jew rahal li tidhlu, fittxu min fiha jixaqlu u hemm oqoghdu sakemm tohorgu. U meta tidhlu f'dar, sellmulha billi tghidu: Il-paci tkun lil din id-dar. U jekk id-dar jistiloqqilha, ha tinzel il-paci taghkom fuqha, izda jekk ma jisthoqqilhiex, il-paci taghkom terga' tigi ghandkom" (Mt, 10,7-13)
Frangisku ha dan il-kliem, kif ighid hu stess fit-Testment, bhala ispirazzjoni minn Alla. Wara l-quddiesa resaq lejn il-qassis u staqsieh it-tifsir ezatt ta' dan il-kliem, u xhin dan fissirulu, qal; "Hu dan li jien irrid, dan hu li nitlob, u nhossni herqan li naghmel b'qalbi kollha".
Frangisku mela neza' malajr il-qorq, rema l-bastun, ghamel libsa ghamla ta' salib u thazzem b'bicca habel. U, kif ighidilna Tumas minn Celano, fittex iwettaq dak li qal Kristu lill-Appostli.
Minn dak inhar Frangisku ghamel bidla ohra f'hajtu. S'issa kien ghadu jghix bhal eremit u jghaddi l-jiem isewwi l-knejjes. Imm'issa beda jifhem li Alla ried xi hag'ohra minnu. Beda jifhem li Alla ma ridux isewwi l-knejjes tal-gebel, imma l-Knisja tieghu. beda jhoss bil-mod is-sejha li jevangelizza d-dinja ta' zmienu u jxandar il-Bxara t-Tajba tal-paci. Fi kliem iehor, hass li ghandu jkun bhall-Appostli li xerrdu saltna ta' Gesù mad-dinja.
Frangisku ma damx ma halla kollox biex jibda hajja gdida ta' appostlu. <<|werrej|>><< lura lejn l-1 parti ...ikompli fit-3 parti >> Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1 Assisi 29.6.2003 |
"l-Aktar Gholi nnifsu nebbahni li kelli nghix skond l-ghamla tal-Vangelu Mqaddes" San Frangisk
|
|