San Frangisk - Kornologija |
|
|
Kornologija Hjiel tal-grajjiet ewlenin fil-Hajja ta’ Frangisku ta’ Assisi.
1182 ■ Frangisku twieled f’Assisi minn Pietro di Bernardone u Madonna Pica. Dak in-nhar missieru kien fuq xoghol barra mill-belt, Ftit jiem wara l-omm hadet it-tifel fil-Kattidral ta’ San Rufino biex tghammed it-tifel u gie moghti l-isem Giovanni. Meta l-missier rega` lura ried li ibnu jissejjah Francesco. Ftit snin warajh twieled huh Angelo.
1193 ■ Twieldet f’Assisi Chiara minn Favarone degli Offreducci u Ortolana Fiumi. Erba’ snin wara twielde ohta Agnese.
1196 ■ Wara li temm l-iskola mmexxija mil-kanonici tal-parrocca ta’ San Giorgio Frangisku, li issa kellu 14-il sena ntefa` jahdem fil-hanut tad-drappijiet ma’ Missieru.
1199 ■ Meta Frangisku kellu 18-il sena, n-neguzjanti t’Assisi qamu kontra n-nobbli.
1202 ■ Novembru - Frangisku ha sehem fi glieda bejn Perugia u Assisi f’Ponte San Giovanni qrib Collestarda mhux wisq ‘il boghod minn Assisi. Assisi tilfet, hafna nqabdu prugunieri, fosthom Frangisku li spicca maqful fil-habs ta’ Perugia ghal kwazi sena shiha.
1203 ■ Saret il-Paci bejn Perugia u Assisi. Missier Frangisku sab l-okkazjoni biex hallas xi flus u heles lil Frangisku mill-habs.
1204 ■ Wara zmien marid Frangisku rega` gie f’tieghu u ta’ ruhu mill-gdid ghax-xalar u l-festi ma’ shabu. F’dan iz-zmien Frangisku baqa` johlom li jsir kavallier u li jikseb l-unur.
1205 ■ Frangisku sab l-okkazjoni li jmur ghal gwerra u b’hekk jikseb dak li xtaq. Issieheb mal-Kavallier Walter de Brienne u qabad it-triq lejn il-Puglie bil-ghan li wara jinghaqad ma’ krocjata u jmur lejn il-Palestina. ■ Rebbiegha – Fi Spoleto kellu vizjoni u l-lehen misterjuz qallu biex jerga` lura Assisi u hemm jurih x’kellu jaghmel. ■ Frangisku issa beda jinqata` minn shabu u jfittex postijiet fejn setgha jingabar fit-talb biex jkun jista` jaghraf x’ried Alla minnu. ■ F’dan iz-zmien li ghamel pellegrinagg ghal Ruma biex jitlob fuq il-qabar ta’ San Pietru u kellu l-ewwel esperienza ta’ faqar meta biddel hwejjgu ma' wiehed fqir. ■ Novembru - Kif kien migbur fil-knisja ta’ San Damiano Frangisku kellu vizjoni ohra li fiha sema' l-Kurcifiss jistiednu jmur isewwi il-Knisja tieghu, li kienet qed tiggarraf.
1206 ■ Jannar - Frangisku mar fil-belt ta’ Foligno biex ibiegh hafna mid-drapp ta’ missieru halli jkollu flus biex ikun jista' jsewwi l-knisja. ■ Marzu - quddiem l-isqof Gwido ta’ Assisi Frangisku neza` hwejjgu u tahom lura lil missieru. Minn dak in-nhar 'l quddiem Frangisku ried isejjah b’missieru lil Missier tas-smewwiet. ■ Rebbiegha - Frangisku telaq minn Assisi u beda jahdem fil-kcina tal-patrijiet benedettini fl-Abbazija ta’ San Verecondo. Minn hemm mar Gubbio jzur lil Federico Spadalunga, habib antik tieghu. ■ Sajf - Minn Gubbio Frangisku rega` lura Assisi liebes ta’ eremit u nghata jsewwi il-knisja ta’ San Damiano. Kif temm intefa' jsewwi dik ta’ San Pietro u wara dik tal-Porzjunkola. Sadattant kien spiss imur izur il-lebbruzi fl-isptar qrib Assisi.
1208 ■ Frar - Wara l-qari tal-Vangelu fejn Gesù baghat lid-dixxipli tieghu biex ixxandru il-Bxara t-Tajba bla ma jiehdu xejn maghhom, Frangisku gharaf li dak kien dak li ried Alla minnu. Dak il-hin frangisku ghamel libsa forma ta’ salib, thazzem b’bicca habel u beda jdur u jxandar il-Vangelu tal-Paci. ■ April - F’qasir zmien wara predikazjoni ta’ Frangisku bdew jinghaqdu mieghu l-ewwel ahwa, Bernardo di Quintavalle u Pietro Cattani. U warajhom Egidio, Silverstro u ohrajn. Ma’ Egidio Frangisku mar jitpriedka fil-Marca di Ancona. ■ Tmiem - Wara l-ewwel esperienza missjunarja f’Poggio Bustone u fil-nahat ta’ Rieti marru jghixu flimkien fil-faqar f’post ‘il barra minn Assisi jismu Rivotorto.
1209 ■ April - Fl-gharix ta’ Rivotorto Frangisku hadem fis-skiet u fi spirtu ta’ talb fuq l-ewwel regola. Kif lesta l-kitba tar-regola mar ma’ shabu Ruma ghand il-Papa. Il-Papa Innocenz III mhux biss approva bil-fomm ir-regola ta’ Frangisku, imma tah wkoll il-jedd li jippriedka l-Vangelu f’isem il-Knisja. ■ Minn Ruma l-ahwa regghu lura Rivotorto u baqghu jghixu, jahdmu u jitobu fi spirtu ta’ penitenza. ■ Il-patrijiet li ghall-bidu kienu jissejhu “il-Penitenti ta’ Assisi” bdew jissehju “fratres minores” – l-Ahwa z-Zghar.
1210 ■ Il-grupp ta’ l-ewwel shab ta' Frangisku kien qed jikber u post fejn kienu ma kienx aktar adatt. Minn Rivotorto Frangisku gabar l-ahwa u telaq lejn il-Porzjunkola.
1211 ■ Rebbiegha - Frangisku mqanqal mix-xewqa tal-martirju halla il-Porjunkola biex imur is-Sirja. Irnexxielu jsib bastiment sejjer lejn il-Lvant, izda dan iltaqa` ma’ burraxka u kellu jdawwar lejn id-Dalmazja minfejn rega` lejn Ancona u lura lejn Assisi. ■ Ghadda z-zmien jippriedka il-Vangelu ta’ Kristu.
1212 ■ Marzu - Frangisku priedka l-ezercizzi tar-Randan fil-Katidral ta’ Assisi. Fost is-semmiegha kien hemm Chiara. Din kienet migbuda mill-idejal u mill-istil ta’ hajja ta’ faqar li kienu jghixu Frangisku u shabu. ■ 18 ta’ Marzu - Fil-lejl ta’ Hadd il-Palm, Chiara telqet bil-mohbi mid-dar u nizlet lejn il-Porzjunkola, fejn kien hemm Frangisku jistennieha. Chiara nghatat kollha kemm hi lil Alla. ■ Dak il-lejl twieled it-Tieni Ordni Frangiskan. ■ Ftit jiem wara ohta Agnese telqet ukoll mid-dar biex tinghaqad ma’ Chiara u biex tghix il-Vangelu fil-faqar ghal kenn tal-Knisja ta’ San Damiano, Dan il-post sar l-ewwel kunvent tal-Klarissi.
1213 ■ Rebbiegha - Frangisku halla il-Porzjunkola u gibed lejn ir-Romagna. ■ Mejju - Meta wasal Montefeltro Frangisku ltaqa` mal-Konti Orlando di Chiusi. Dan migbud mill-qdusija ta’ Frangisku offra l-Ghola ta’ La Verna lil Patrijiet biex ikunu jistghu jingabaru hemm ghat-talb u biex jaghmlu penitenza. ■ Fit-tmien l-istess sena Frangisku bix-xewqa tal-martirju tixghel f’mohhu u qalbu haseb biex imur il-Marokk. Halla l-Italja u mexa lejn Spanja. Din id-darba kienet marda qalila li reggghetu lura lejn l-Italja.
1215 ■ Novembru - Sar il-Koncilju Lateran IV. Dan interessa mill-qrib lil Frangisku minhabba li l-Koncilju ried li ghal dak iz-zmien ma jigux milqugha regoli godda. Ir-religjuzi riedu jhaddnu wahda minn dawk li kienu diga` approvati mill-Knisja. Il-Papa Innocenz III, li kien ta’ l-approva bil-fomm ghar-regola ta’ Frangisku ghamel eccezzjoni mal-fqajjar ta’ Assisi. ■ Jinghad li fiz-zmien li kien Ruma Frangisku iltaqa` ma’ Duminku minn Guzman, dak li waqqaf l-ordni tal-Predikaturi. ■ Dan kien il-bidu tal-hbieberija bejn il-Frangiskani u d-Dumnikani.
1216 ■ 16 ta’ Lulju – Miet il-Papa Innocenz III miet f’Perugia. Qabel il-mewt Frangisku qala` minghand il-Vigarju ta’ Kristu l-Indulgenza tal-Porzjunkola, maghrufa bhala “il-Mahfra ta’ Assisi”. ■ 18 ta’ Lulju - Flok Innocenz III tela` fuq is-Siggu ta’ Pietru il-Papa Onorju III, li kien habib kbir ta’ Frangisku. ■ 2 ta’ Awissu, anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-Knisja ddedikata lil Santa Marija ta’ l-Angli giet iccelebrata ghall-ewwel darba il-Marhfra ta’ Assisi.
1217 ■ Mejju - Fil-Festa ta’ l-Ghid il-Hamsin sar l-ewwel Kapitlu Generali qrib il-knisja ckejna tal-Porzjunkola. Wara dan il-Kapitlu ntbaghtu l-ewwel patrijiet ‘l hinn mill-Alpi. F’dawn il-kapitli Frangisku kien ikellem, iwissi u jheggeg lil uliedu u jghatihom xi ordnijiet kif jghixu l-hajja tal-Vangelu. ■ Wara il-kaptilu Frangisku mar mill-gdid Ruma ghandi il-Papa. ■ F’Ruma sar jaf lin-nobbli Jacoba de Sottesoli, li saret benefattrici kbira ta’ l-Ordni.
1219 ■ Fil-Kapitlu gie moghti l-permess lil xi patrijiet li jmorru il-Marokk. Wiehed minnhom marad waqt il-vjagg, il-hamsa l-ohra, Berardo, Accursio, Pietro, Adiuto u Ottone waslu l-Marokk. ■ Gunju - Frangisku bix-xewqa theggeg ghal-martirju rikeb bastiment minn Ancona lejn il-lvant. ■ Lulju – Frangisku wasal Akri, l-fortizza tal-Krocjata. Ma damx wisq u mar Damietta fl-Egittu fejn kien ixandar il-Vangelu lis-suldati u lill-Kavallieri. ■ Harifa - Frangisku ltaqa' ma’ Melek el Kamel, is-sultan musulman. Frangisku seraq qalb il-Sultan u dan ta l-permess bil-kitba lil Frangisku biex ikun jista' jzur bla tfixkil l-artijiet misilmin.
1220 ■ 16 ta’ Jannar - L-ewwel hames missjunarji Frangiskani fil-Marokk hadu il-martirju. ■ Jannar - Frangisku halla l-Egittu u mar lura Akri minfejn zar l-artijiet imqaddsa. Frangisku zar Betlem u mar jitlob fuq il-Kalvarju u l-qabar ta’ Kristu. Waqt li kien fil-Palestina Frangisku waslitlu l-ahbar tal-martirju ta’ l-ahwa fil-Marokk u maghha l-ahbar li fiz-zmien li Frangisku kien nieqes inqala’ ftit ta’ l-inkwiet fi hdan l-Ordni. ■ It-Terz’ Ordni li waqqaf Frangisku kiseb l-istatut kanoniku. Fir-realtà kien hemm ghadd ta’ sekulari li kienu qed jghixu l-ispirtu ta’ Vangelu ta’ l-Ordni ta’ San Frangisk, ■ Sajf - Frangisku telaq lura l-Italja flimkiem ma’ Fra Elija u Pietru Cattani. Malli wasal l-Italja Frangisku baqa’ sejjer dritt lejn Orvieto fejn kien jinsab il-Papa biex jitkellem mieghu u jfittex ixxejjen l-ghawg li nqala` fl-Ordni. Frott din il-laqgha kien il-hatra ta’ Kardinal Protettur ta’ l-Ordni fil-persuna tal-Kardinal Ugolino. ■ 29 ta’ Settembru Frangisku laqqa` l-patrijiet f’Kapitlu biex igib kollox f’postu u jwarrab l-inkwiet minn hdan l-Ordni.
1221 ■ 10 ta’ Marzu - Miet Pietro Cattani minn floku bhala vigraju ta’ l-Ordni kien maghzul Fra Elija Bombarone. ■ 30 ta’ Mejju - Nhar Ghid il-Hamsin Frangisku sejjah Kapitlu Generali iehor. Ghal Kapitlu dan waslu eluf ta’ patrijiet. Flimkien ma’ Fra Cesario da Spira Frangisku hadem biex izid lir-regola tal-bidu b’siltiet mill-Vangelu. Din ir-regola hija maghrufa sallum bhala “Regola non bollata”. ■ Sajf - Frangisku halla Assisi u beda vjagg len in-nofs in-nhar ta’ l-Italja. Waqaf fil-Belt ta’ Subiaco ghal xi gimghat biex jitlob u jaghmel penitenza u kompla lejn l-inhawi ta’ Gaeta u wara gibed lejn Bari.
1222 ■ Mejju - Minn Bari tela’ lejn l-Abruzzi u minn hemm baqa sejjer lejn Santa Maria degli Angeli ghal kapitlu ta’ Ghid il-Hamsin. ■ Wara il-kapitlu Frangisku mar jippriedka f’Bologna. Xandar il-Kelma tal-Mulej ukoll gewwa Firenze, Poggibonsi, u fl-inhawi ta’ Siena.
1223 ■ Gunju - Ghall-Ghid il-Hamsin il-patrijiet ingabru bl-eluf ghal Kapitlu Generali li baqa’ maghruf bhala il-“Kapitlu tal-Hsajjar” li fih giet diskussa r-regola. Fil-fehma taghhom l-patrijiet xtaqu regola inqas harxa. ■ Frangisku mar Fontecolombo biex jikteb regola. Wara sawm u talb Frangisku rnexxilu jikteb regola gdida, izda kellu jerga` jiktibha mill-gdid minhabba li dik li kiterb intilfet. ■ Settembru – Ghall-festa ta’ San Mikiel Frangisku qieghed ir-regola l-gdida quddiem il-Kapitlu, saru xi rtokki ‘l hawn u ‘l hinn u mar Ruma bir-Regola ghand il-Papa. ■ 29 ta’ Novembru - Il-Papa Onorju III approva ir-Regola bil-bolla Solet Annuire. Il-kopja originali ta’ din ir-regola maghrufa bhala “Regola Bollata” tinsab fil-Cappella delle relquie fis-Sacro Convento ■ 24 ta’ Dicembru - Frangisku bil-permess tal Papa ccelebra l-Milied b’mod original fi Greccio. Dak in-nhar twieled l-ewwel presepju.
1224 ■ Bejn il-15 ta’ Awissu u d-29 ta’ Settembre - Frangisku ngabar fuq l-gholja ta’ La Verna biex jsum u jitlob. ■ 14 ta’ Settembru - Festa tas-Salib imqaddes Frangisku kellu vizjoni li fiha deherlu Serafin, li halla l-pjagi tal-passioni mmarkati fil-gisem tieghu. ■ Settembru - Waslu l-ewwel patrijiet ta’ San Frangisk fl-Ingilterra u twaqqfet l-ewwel provincia ingliza. ■ Ottubru u Novembru – Frangisku halla La Verna u rega` lura. Fi triqtu ghadda minn Borgo Santo Sepolcro, Montecasale, Città di Castello, Gubbio u fl-ahhar wasal il-Porzjunkola. Minn Assisi mar ma’ Fra Elia lejn Foligno, Terni u Narni. Minn kull fejn kien jghaddi Frangisku kienu jsiru ghadd ta’ mirakli.
1225 ■ Marzu sa Mejju - Frangiksu ghadda zmien marid fil-Kunvent ta’ San Damiano. Kien hawn li kiteb l-Ghanja tal-Hlejjaq u gieb il-paci bejn l-isqof u l-mexxejja civili ta’ Assisi. ■ Gunju – Frangisku halla Assisi fuq l-ahhar vjagg missjunarju f’Tivoli, Celano, Piscina, Sarnano u Sassoferrato. ■ Lulju - Frangisku ttiehed Rieti biex jigi operat f’ghajnejh.
1226 ■ Jannar - Saret l-operazzjoni fuq ghajnejn Frangisku fil-Kunvent ta’ Fontecolombo. L-operazzjoni, izda, ma rrnexxitx. ■ April - Frangisku ittiehed Siena biex ikompli l-kura ta’ ghajnejh. Sahhtu marret lura ghall-ahhar. It-tobba tawh ftit hajja u Frangisku ittiehed mill-gdid Assisi. ■ Mejju-Gunju - Fit-triq waqfu fic-Celle di Cortona, hawn Frangisku ddetta t-Testment. ■ Lulju-Awissu – Fil-granet shan tas-sajf waqfu Bagnara, fuq l-gholjiet qrib Nocera minn fejn baqghu sejrin lejn Assisi. ■ Settembru - Frangisku ghaddih fil-palazz ta’ isqof ta’ Assisi. ■ Settembru lejn it-tmiem - Frangisku talab biex jittiehed fil-kappella ckjekna tal-Porzjunkola ghax xtaqt li jmut hemm. ■ Ottubru - Frangisku bierek lil hutu il-patrijiet u qaghad jistenna biex jghannaq lil “Ohtu l-mewt tal-Gisem”. ■ 3 ta’ Ottubru – Is-Sibt filghaxija wara inzul ix-xemx ruh Frangisku ittajjret lejn is-sema. ■ 4 ta’ Ottubru - Sar il-funeral solenni ta’ Frangisku. Il-gisem tieghu ittiehed l-ewwel San Damiano biex Chiara u hutha s-sorijiet ikunu jistghu jsellmu ghall-ahhar darba il-gisem tieghu. Minn hemm baqghu sejrin fil-Knisja ta’ San Giorgio fejn kien midfun.
1227 ■ 19 ta’ Marzu - il-Kardinal Ugolin, il-protettur ta’ l-Ordni, lahaq Papa flok il-Papa Onorju III, bl-isem ta’ Gregorio IX.
1228 ■ 16 ta’ Gunju - Frangisku gie ddikkjarat Qaddis mill-Papa Gregorio IX. ■ 17 ta’ Gunju - il-Papa bierek it-tqeghid ta’ l-ewwel qebla tal-Bazilka ta’ San Frangisk fil-post fejn qabel kien jissajjah “l-Gholja ta’ l-Infern” issa beda jissejjah “l-Gholja tal-Genna”.
1230 ■ 25 ta’ Mejju - Saret it-traslazzjoni solenni tal-Gisem ta’ San Frangisk mill-Knisja ta’ San Giorgio ghall-Knisja l-gdida ddedikata lil Qaddis fit-tarf l-iehor tal-belt. Il-gisem gie mqieghed taht l-altar tal-Bazilka nferjuri.
1253 ■ April - Il-Papa Innocenz IV ikkonsagra z-zewg Bazilki ta’ san Frangisk.
1939 ■18 ta’Gunju - Il-Papa Piju XII hatar lil San Frangisk Patrun ta’ l-Italja flimkien ma Santa Katerina minn Siena.
1979 ■ 29 ta’ Novembru - Il-Papa Gwanni Pawlu II hatar lil San Frangisk Patrun tan-Natura.
* nota: Din il-kronologija ghadha l-ghan li taghti hjiel tal-grajjiet ewleni fil-hajja ta’san Frangisk. Giet migbura minn ghejjun differenti. Fuq certi grajjiet u zmenijiet lanqas kienu jaqblu bejniethom. Fr Thomas Calleja
|
|
San Frangisk bniedem tal-Vangelu z |