Itlob magħna għal aktar Sejħat  

 

|werrej|


Talba ta' San Franġisk quddiem il-Kurċifiss


 

 O Alla,

l-aktar Għoli u Glorjuż,

dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

U sawwab fija

fidi vera,

tama ċerta

u mħabba perfetta.

 

Agħtini, Mulej,

li nħoss u nagħraf lilek

biex nagħmel

ir-rieda vera

u mqaddsa tiegħek.

 

Ammen.

 


 

It-talba quddiem

il-Kurċifiss

hija waħda

mit-talbiet

tal-bidu

li Franġisku żagħżugħ

kien jgħid quddiem

ix-xbieha

ta' Kristu imsallab

fl-Knisja

ta'

San Damjan

fil-bidu

tas-SEJĦA

tiegħu.

Talba għall-Vokazzjonijiet


 

 O Ġesu'

li semmajt leħnek

lil Pietru. lil Ġakbu u lil Indri

u sejjaħilhom

biex ikunu sajjieda tal-bnedmin,

għaddi mill-ibliet

u mill-irħula tagħna

u semmgħalna leħnek.

 

Sejjaħ liż-zgħażagħ 

u ressaqhom lejn qalbek.

Agħmilhom

saċerdoti u reliġjużi tiegħek.

 

Ibgħathpm ixandru

l-Aħbar it-Tajba

ma' gżiritna u ma' d-dinja

għas-salvazzjoni tal-bnedmin.

 

Ammen.


Rabat - Diċembru 2013