Kotba u Rivisti Frangiskani

 

|werrej|


Fra Diegu Bonanno OFM

Frangiskan li haseb fil-fqir 


ta' Patri Gorg Aquilina OFM


Ricensjoni

ta' Av. Joseph Micallef Stafrace

 

Ghadu kemm gie pubblikat dan il-ktieb interessanti li l-kontenut tieghu jingabar fl-istess sottotitlu. Fil-ktieb imbaghad insibu kif dan il-fra haseb fil-fqir u d-diffikultajiet li htieglu jeghleb u kif imbaghad wara kollox xoghlu spicca apprezzat mill-poplu.

 

Il-ktieb jibda bi prezentazzjoni tal-Provincjal Patri Pawl Galea OFM li, f'erbgha kelmiet, gabar ftit riflessjonijiet li, sew ghax fil-qosor u wkoll ghax b'mod incisiv, is-sens li fihom jibqa f'mohhok.

 

Appena gie f'idejja, dal-ktieb fakkarni fil-figura simpatika taz-zewg ajkijiet Ta' Giezu (hekk huma maghrufa fostna l-Frangiskani Minuri) li niftakar f'zghoziti fil-Belt. Niftakar lil Fra Egidju Mallia, cerkatur, fix-xemx taqli ghaddej bil-horga, b'nuccali skur u taht umbrella griza biex tharsu mix-xemx. F'xi hin kien jghaddi sal-Barrakka t'Isfel, kemm jistrieh ghaxar minuti jixxotta l-gharaq. Isellem ill kulhadd bla ma jaqbad parlati ma hadd. Imbaghad kien hemm Fra Gorg Seychell li kont narah idur mal-posti tas-suq tal-Belt, jahseb ghall-kcina tal-kunvent.

 

Sfond 

Patri Aquilina hi frott ta' ricerka kopjuza li tasal lill-qarrej f'taqsimiet fil-bicca l-kbira qosra u ghalhekk taqrahom minghajr sforz zejjed minkejja dettalji u anke ghadd ta' footnotes. Patri Aquilina jikteb b'certa grazzja u anke fejn ma qabilx ma xi osservazzjonijiet li ghamlu kittieba ohra fuq Fra Diegu, kitba mhux daqstant ezawrjenti u shiha, dan ghamlu bil-prudenza kollha.

 

Qabel dahal ghall-istorja proprja ta' Fra Diegu, il-kittieb f'taqsima qasira fisser il-qaghda socjali ta' zmien Fra Diegu (1831-1902). Dan l-ajk, li ra b'ghajnejn u miss b'idejh il-faqar, u l-isfruttament ta' nisa minn nies bla skuplu, flok dawwar wiccu n-naha l-ohra,

 

Ipprova jaghmel xihaga minkejja li ma kien jippossiedi xejn u sahhtu kmieni bdiet thabbtu. Kellu biss tama kbira fil-Hallieq.

 

Fra Diegu twieled il-Belt fil-21 ta' Marzu 1831 u tghammed fil-parrocca ta' San Duminku. Kiber f'familja fqira bhal tfal ohra bhalu fil-Belt u nghaqad mal-Frangiskani Minuri f-1858.

 

Huwa miet fl-14 ta' Mejju 1902.

 

Ghalkemm isem Fra Diegu hu marbut ma’ l-Istitut ta' Vil-lambrosa, il-Hamrun, hu beda hidmietu biex gabar f'diversi nhawi tfajliet li htiegu protezzjoni. Fra Diegu kien jirnexxilu jsib nisa twajba biex jindukraw lil dawn, kien jirnexxilu jlaqqat l-ghixien ghalihom u kien ukoll jirnexxilu jigbor xi flus ghal saqaf li tahtu dawn riedu jqieghdu rashom.

 

Dejjem kellu l-appogg tal-bicca l-kbira tal-patrijiet - min jifhmu u japprezza xoghlu izjed u min inqas, kif ukoll tas-sorijiet.

 

Kien fl-1907 li l-patrijiet fil-fatt ghaddew l-Istitut ghal f'idejn l-Isqof. Fra Diegu kien sab l-ghajnuna mill-filantropu Alfons Maria Galea u hafna u hafna ghajnuna mill-Markiz Scicluna li kien hu li bena l-Istitut li hemm illum u li gie inawgurat fl-1905.

 

Kif jghidu f'kull opra tajba jdeffes denbu x-xitan, u x-xitan ma naqasx li jinkwieta, b'mod jew iehor, lil Fra Diegu wkoll.

 

Telfa nazzjonali

Il-mewt ta' Fra Diegu kienet meqjusa bhala telfa nazzjonali u sarulu funerali b'rispett u mill-aktar prestiggjuzi.

 

Il-Hadd, 16 ta' Ottubru 1932, inkixef b'manifestazzjoni il-monument tieghu fil-Hamrun li n-nies tafha bhala Pjazza Fra Diegu. Kienu prezenti l-oghla Awtoritajiet Ekklesjastici u Civili. Monument xoghol Censu Apap.

 

Fra Diegu baqa' jitfakkar. Fl-1952 l-Ordni fakkritu b'cerimonja f'dik il-pjazza. l-Ordni flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Hamrun fakkru f'cerimonja li saret fl-2002 gheluq il-mitt sena mill-mewt ta' din il-personalità ewlenija fil-grajjiet filantropici ta' pajjizna.

 


Taghrif dwar il-Ktieb


Ippubblikat minn

Publishers Enterprises Group (PEG) Ltd

L-Ewwel Edizzjoni 2006

198 pagna.

ISBN-13: 978-99909-0-445-1

ISBN-10: 99909-0-445-6

 

Jista' jinkiseb

minghand il-Librara Ewlenin

jew minghand P. Gorg Aquilina OFM

Kunvent Santa Marija ta' Gesù

291 Triq San Pawl, Valletta VLT 07 tel:2123 4042


Din ir-ricensjoni dehret fil-gurnal “it-Torca” Il-Hadd 24 ta’ Settembru, 2006

Valletta: 29.9.2006


Kotba

u rivisti

Frangiskani

 

"Hu bi pjacir tieghi li inti tghallem

it-Teologija mqaddsa

lill-ahwa, sakemm b’dan

l-istudju int ma thallix jintefa fik

l-ispirtu

ta’ talb

u l-gabra"a

mill-ittra

ta' San Frangisk

lil Sant'Antnin.