|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
San Massimiljan Marija Kolbe - 2 ta' Patri Dumink Bonello ofmconv. Lil San Massimiljan M. Kolbe
Fil-jum tal-festa tieghek, Ghaziz Massimiljan, lejk jigru hsibijieti li hadt minn ktieb Indjan.
Dan sawwru Patri Cilia b'artikli tassew sbieh, miktub minn diversi biex lilek jaghtu gieh!
Kitbiet li jgholluk hafna, sa kont ghadek student; qdusitek bosta rawha, kont dejjem wisq attent.
Waqqaft int il-Malizzja biex tigbed hafna qlub lejn Dik li ggib isimha, l-Imnissla minghajr dnub.
Hdimt hafna biex ixxerred taghlim sabih u san, sa kellek stamperiji biex stajt int taghmel dan.
Mhux biss hemm fil-Polonja, ukoll gewwa l-Gappun, kabbart id-devozzjoni lejn Dik taghHa l-'Mignun'.
Waslet imbaghad il-gwerra, dritt lilek arrestaw; xehtuk fil-kamp ma' hafna li lkoll qdusitek raw.
Kien wasal il-jum tieghek, biex hajtek toffri tmur, u hekk issalva bniedem li bhalek kien maghdur!
Ghaddejt xi jiem fil-bunker bil-ghatx, ukoll bil-guh, u fl-ahhar b'injezzjoni tieghek raddejt ir-ruh.
Kien jum qabel l-Assunta li dhalt fl-eternità; tgawdija misset lilek, nghiduh bil-verità.
Dan hlas taz-zewg kuruni, li xtaqt meta kont zghir: il-bajda u dik hamra; fuq hekk inhossni nghir!
Nixtieq li jien kont bhalek, qaddis, sa jiena lest li naghti mqar din hajti u nixbhek jien b'dal-gest.
Issa li int fil-glorja, tinsiex lill-Patrijiet, harishom bit-talb tieghek biex jaslu fis-smewwiet!
Ghawdex 14 ta' Awwissu 2005
Dan l-poezija waslet lis-site minghand Patri Dumink Valletta 25.9.2006 |
San Massimiljan Marija Kolbe 1894-1941
Sacerdot Religjuz I Ordni
Martri ta' l-Imahbba
14 ta' Awwissu |