Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


San Guzepp ta' Kopertino - 3


innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum


<< werrej

Bit-Tlissin ta' l-Isem helu

 

Bit-tlissin ta' l-Isem helu

ta' Gesł kont tharrab l-ghadu;

dawwal issa mohhna mdallam

u mill-mard qerried ehlisna.

 

L-ghadu hajjen bis-semm tieghu

zommu 'l bghid, biex le jahqarna;

thallix guh, ghaks, tilwim, dnewwa

jolqtu 'l gensna, jharbtu 'l artna.

 

Qilliet l-ajru, 'mwieg il-bahar

jehdew f'ismek, o Guzeppi;

bierek l-art ha' trodd lill-bidwi

frott kotran ghall-ghaxjien  taghna.

 

U fi qlubna niedma heggeg

ta' Gesł l-imhabba safja;

o Guzeppi, dawwal triqtna

halli mieghek nigu l-genna.

 

Trinitą qaddisa, 'mbierka,

wettaq ruhna b'nifs qawwietek,

biex nixxiebhu ma' Guzeppi

u nsebbhuk hawn u ghal dejjem.  Amen.

 


Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.215

Valletta 18.9.2006

San

Guzepp

ta'

Kopertino

1603-1663

 

Sacerdot

Religjuz

I Ordni

 

Patrun ta'

l-Istudenti

 

18 ta' Settembru