Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


San Guzepp ta' Kopertino - 2


innu ta' l-Ufficcju tal-Qari


<< werrej

Ulied Frangisku, ej' ninsgu

 

Ulied Frangisku, ej' ninsgu t-tifhir taghna

F'gieh San Guzepp - dan huna fl-istess Ordni -

Li llum fis-sebh bla tmiem hu dahal jghanni

     il-glorja t'Alla.

 

Go Copertino twieled, ghex u trabba,

hemm rega' twieled fl-ilma u fl-Ispirtu:

Ifrah, ja Fqajjar, ghax bit-tjieba tieghek

     ksibt gieh mill-akbar!

 

Kont ghadek tfajjel, meta b'deni fuqek,

Kont tara l-mewt, u hajtek tintemm hesrem,

Kieku l-Madonna ma ndahlitx u tatek

     sahhtek mill-bidu.

 

Ridt tixbah f'kollox lill-Imghallem Kristu:

Ghal darba tnejn habbatt lill-Frangiskani,

Biex kif jifthulek inti dlonk turihom

     qdusitek kollha.

 

Maghhom fit-talb ghaddejt il-hajja iebsa,

Ghakkist kemm flaht 'il gismek, bhal Missierek,

U bhalu zejnek il-Mulej, ghax habbek,

     b'doni smewwija.

 

Lilek, Missier, is-sebh, u 'l Ibnek Sidna,

Sebh lill-Ispirtu - fih tinghaqdu f'Wiehed:

'Tuna, ghall-merti tal-Qaddis Guzeppi

     kull gid mis-sema.    Amen.

 


Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.212

Valletta 18.9.2006

San

Guzepp

ta'

Kopertino

1603-1663

 

Sacerdot

Religjuz

I Ordni

 

Patrun ta'

l-Istudenti

 

18 ta' Settembru