|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
San Guzepp ta' Kopertino sunett ta' Patri Dom. Bonello OFMConv Il-Qaddis ta' Kopertinu
Huna l-ghaziz, Qaddis ta' Kopertinu, erba' mitt sena ghaddew mit-twelid tieghek. Int tqaddist billi kollox ghamilt f'hinu, ghax Alla b'qawwietu kien jahdem mieghek.
Kmieni gibdek Frangisku ghal wara dinu, u int dikment warrabt dak li kien tieghek. Doni kbar qatt ma hallejthom ininu, f'ghajnejn kulhadd zgur dawk li kienu sbiehek.
Xeghlet il-hegga f'qalbek ghal Marija, sa wasalt biex lejha kellek titjiriet; ghalik kienet dejjem l-aqwa fohrija.
Ta' l-istudenti int taf il-htigijiet. Kun maghhom ghax l-iskola dejjem hija ta' mpenn sew kbir u l-aktar fl-ezamijiet!
Patri Dom Bonello OFMConv. Ghawdex: 24 ta' Awissu 2003 Valletta: 5.9.2006 |
San Guzepp ta' Kopertino 1603-1663
Sacerdot Religjuz I Ordni
Patrun ta' l-Istudenti
18 ta' Settembru |