Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


San Leonardu ta' Porto Maurizio - 1


Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari


<< werrej

Waqt li darb'ohra nfakkru l-festa tieghek

u jidwi bit-tifhir il-maqdes t' Alla,

Int qieghed fis-Smewwiet: kun twajjeb maghna,

           San Leonardu.

 

Kont ghadek zghir, u bikri hassejt f'qalbek

xewqa bla tarf li tghix hajja qaddisa,

theggigt minn jum ghal jum, u tkebbset f'sidrek

           fjamma ta' mhabba.

 

B'xejn ma kont tifrah hlief bi gmiel is-safa,

xejn hlief qdusija ma ridt tasal tikseb,

qist kollox frugha, u fittixt tinheba

          f'eghrien dellija.

 

Hemm ghext ghal Alia, u ghakkist lil gismek

sakemm ghamiltu xebh ta' Kristu Msallab;

kien jasal lehnek fis-Smewwiet, f'tqanqila

          ta' talb imheggeg.

 

Tbikkimt quddiem id-dehra tat-tbatija

li garrab Kristu ghall-htijiet tad-dinja,

u slitt mill-pjaga tal-kustat miftuha,

          l-ilma tal-grazzja.

 

Ix-Xebba Mbierka li habbejt bil-ghozza

ta' ruhek kollha, u li wriet li thobbok,

jekk gismek dghajjef, malajr harrbet minnu

          il-mard li jahqar.

 

Is-sema w l-art jinghaqdu qalb, ruh wahda

ha jfahhru t-Trinità b'ghanja ta' dejjem,

ghax b'gherf u ghaqal ta' bla tarf qed tmexxi

           il-holqien kollu. Amen.


Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.296

Valletta: 4.9.2006

San

Leonardu

ta'

Porto Maurizio

1676-1751

 

Sacerdot

Religjuz,

I Ordni

 

26 ta'

Novembru