Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Santa Anjeze minn Assisi - 2


Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum


<< werrej

Int xebba kollok ghaqal, u thabbatha

ma' ohtok, Santa Klara, ghall-qdusija,

f'idejk musbieh imhejji sew, biex tilqa'

lil Kristu, l-Gharus tieghek kollu dija.

 

Ghalhemm imhabba wisq mill-hemm tal-hajja

u xrobt sal-qiegh il-kalci tat-tbatija,

staghnejt bil-qawwa, ghax go qalbek safja

kien hemm huggiega taqbad ta' qdusija.

 

Bi ljieli twal bla rqad, bi lbies mill-ehrex

ridt thares sewwa gismek mill-gibdiet;

tazz'ilma u loqma hobz kien l-ikel tieghek,

mill-bqija xejn, ghax hsiebek fis-Smewwiet.

 

Minkejja dan, il-ferh kien juri ruhu

u jaqbez shih mil-lehha ta' ghajnejk,

is-sawm u c-cahdiet l-ohra kienu jsebbhu

il-bixra rzina hiemda ta' haddejk.

 

Hsiebek kien joghla 'l fuq f'berah ta' hlewwa

u kont tismerr tad-dinja l-hsibijiet

miftuma mix-xenqat ta' din il-hajja,

minn din l-art stess kont timrah fis-Smewwiet.

 

Issa li qed tistrieh fuq tron fil-genna

lilna la tinsiniex, devoti tieghek,

mexxina t-triq tat-tjieba, sa ma naslu

niksbu il-hlas mixtieq, ghal dejjem mieghek.

 

Lilek Missier, u lil Spiritu s-Santu

u lilek Iben, naghtu l-oghla gieh,

ghax lil Anjeze, b'ghageb kbir zejjintha

bid-dawl ta' mhabbtek u bi grazzji sbieh.  Amen.


Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.294

Valletta: 4.9.2006

Santa

Anjeze

minn Assisi

1197-1253

 

Klarissa

Vergni,

II Ordni

 

19 ta'

Novembru