|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
Santa Elizabetta ta' l-Ungerija - 3 Innu ta' l-Ghasar Sabah il-jum meta mimlija merti se tidhol tiehu postok gewwa l-genna, u thoss jintiseg madwar rasek, ahdar ir-rand tar-rebha.
Id-dinja tatek xettru ta' Sultana, izd' Int, Elizabetta, fis warrabtu; meta cahhduk minn hwejgek, darek, artek, ma tliftx il-hena.
Fil-bahar tat-taqlib zammejt is-sabar u qalbek xtaqet biss is-Saltna t'Alla; aqlaghlna l-grazzja l'ahna wkoll nitwarrbu mill-gid li jghaddi.
Inqasmet qalbek ghall-fqajrin imsejkna, libbist lill-ghera u farragt lill-morda, hlist nies mill-habsijiet, u kollok hlewwa, hallejt il-ktajjen.
Lilek Missier, u Iben, Spirtu Santu, lit-Tliet Persuni, Alla veru, wiehed, sakemm itul iz-zmien u ghala dejjem tifhir u glarja. Amen.
Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.287 Valletta: 4.9.2006 |
Santa Elizabetta ta' l-Ungerija 1207-1231
Patruna ta' l-Ordni Frangiskan Sekular
17 ta' Novembru |