Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Santa Elizabetta ta' l-Ungerija - 2


Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum


<< werrej

Isma' bil-hlewwa, Sant'Elizabetta,

minn fejn qieghda tithenna fis-Smewwiet,

l-ghana li biha nfahhru l-kobor tieghek,

issa li beda l-jum u ghadu s-skiet.

 

Keccewk minn darek wara l-mewt ta' zewgek

u kellek tbati t-toqol tac-cahdiet;

aghmel li ahna, imtarrfin, insibu

it-triq li twassal ghad-dar tas-Smewwiet.

 

Int habbejt il-faqar, lilna, foqra,

ghinna biex niksbu l-ghana tas-Smewwiet;

Inti ghakkist lil gismek, ghinna nzommu

il-gisem taghna hieles mill-gibdiet.

 

Irbaht il-qerq tad-dinja w tad-demonju

b'tama f'Alla hanin u b'qalb qawwija;

aghmel li ahna bl-istess hila tieghek

nitqabdu u nirbhu lill-qawwiet tal-htija.

 

Lill-Missier Alla naghtu l-akbar glorja,

lill-Mulej taghna, Ibnu l-Wahdien,

u maghhom lill-Ispirtu tal-Qdusija,

ghal issa, u kemm itul iz-zmien.

 

 Amen.

 


Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.284

Valletta: 4.9.2006

Santa

Elizabetta

ta'

l-Ungerija

1207-1231

 

Patruna

ta' l-Ordni

Frangiskan

Sekular

 

17 ta'

Novembru