|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
Santa Elizabetta ta' l-Ungerija - 1 Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari B'ghana ferrieh irridu nfahhru b'qima il-hila tieghek, theggeg bil-qlubija li wrejt ta' hajja mqallba, kollha sabar, sa ma wasalt biex tikseb il-qdusija.
Irbaht ix-xbieki tax-xitan qarrieqi, qist il-ghana ta' dinl-art duhhan u bluha, meta keccewk mill-kenn tas-saltna tieghek fittitx ferh-is-smewwiet, gennibt il-frugha.
Cahhduk minn darek stess, rajt lil uliedek jaqsmu t-tbatija mieghek, imbikkija, grejt bla serhan, ghalik u ghalihom titlob il-loqma tal-fqajrin, kollok misthija.
Haddant il-Ghuda tas-Salib bil-ferha il-hlas li halla Kristu fuq spallejk garrajtha sew, sakemm infridt mill-hajja, u fis-smewwiet thennejt, bi Kristu hdejk.
Lill-Missier Alla naghtu l-akbar glorja, Lill-Mulej taghna, Ibnu l-Wahdieni, u maghhom lill-Ispirtu tal-Qdusija, ghal issa, u ghal kemm itul iz-zmien. Amen.
Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.255 Valletta: 4.9.2006 |
Santa Elizabetta ta' l-Ungerija 1207-1231
Patruna ta' l-Ordni Frangiskan Sekular
17 ta' Novembru |