|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
San Pietru t'Alcantara - 2 Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari Lil Pietru mqaddes iben ta' Frangisku nghannu minn qalbna ghana ta' tifhir, ghax bla ma stmerr jitghabba b'kull tbatija, fost kemm hawn fqar, ried ighix ta' l-ifqar fqir.
Qalbu kienet huggiega wahda ta' l-imhabba, u biex mill-jasar jifdi l-midinbin halla ezempji sbieh ta' penitenza: hekk hu jarahom darb'ohra mat-tajbin.
Kemm bata guh u ghatx mill-aktar klubi! Tghatta b'ilbies qadim jaqa' bicciet, u ta' kuljum bis-swat kien jghakkes gismu ha jeqred fih, jekk hemm, fdal il-htijiet.
Mitluf bil-qima quddiem l-Ghudu Mqaddsa, harstu mixghula, wahdu, gharkobbtejh, jara s-Salib mahsul b'dija tas-Sema li tinzel f'ruhu u tixref fuq haddejh.
Glorja ta' l-Ordni fqajjar tal-Minuri, ilqa' t-tifhir li hiereg dritt mill-qalb, u tnikker hares lejna b'hars ta' hniena, Int taf, nehtiegu wisq, harsien u talb.
Lilek Missier, u Iben, Spirtu Santu, fuq l-art u fis-Smewwiet kull barka w gieh: mexxina, Trinità, kif mexa Pietru biex niksbu ahna wkoll ferh u mistrieh. Amen.
Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.259 Valletta: 4.9.2006 |
San Pietru t'Alcantara 1409-1562
Sacerdot Frangiskan, I Ordni
19 ta' Ottubru |