|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
San Pietru t'Alcantara - 1 Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari Pietru t'Alcantara, xemx li dhert fi Spanja, ilqa' l-ghana ferrieha li qed ninsgulek dawwal bl-imriezaq ta' qdusitek sajfa, id-dinja kollha.
Bil-hidma tieghek, l-Ordni tal-Minuri rega' kif riedu San Frangisk Missierna; kiber fl-imhabba, fil-virtù, u staghna bil-barka t'Alla.
Ghadu tad-dnub, stmerrejt bil-qawwa kollha il-bhula tal-frughat li toffri d-dinja, tlabt 'l Alla bla waqfien biex juri hniena u jinsa l-ghadab.
Ghakkist gismek nadif bis-sawm bla heda, b'cahdiet mill-kbar u sa bis-sawt ghad-dmija, imbagh'd mal-lejl fuq zewgt itwavel iebsa kont tiehu naghsa.
Issa mis-Sema, isma' l-ilfiq taghna u ghinna nghixu miftumin mill-htija, biex fuq l-ezempji kbar tal-hajja tieghek nimxu bla nieqfu.
Jisma' talbna l-Mulej! B'hekk naghtu qima u kull tifhir u glorja 'l-Missier Alla, Lill-Iben, il-Feddej, u lill-Ispirtu, illum u dejjem. Amen.
Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.255 Valletta: 4.9.2006 |
San Pietru t'Alcantara 1409-1562
Sacerdot Frangiskan, I Ordni
19 ta' Ottubru |