Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


San Bonaventura - 4


Guzè Muscat Azzopardi


<< werrej

San Bonaventura

 

Il-Mera tieghu

kien is-Sultan tal-Faqar:

dak il-Mislub fil-hgejjeg ta' l-imhabba,

li dejjem ried jinhaqar,

u hrara, hrara biss kien jitlob 'l Alla!

Dak jassru mieghu:

tarbija f'hogor ommu,

hatfu minn halq il-mewt b'kelma ta' fommu:

u b'dik il-barka li ma' dwaru halla,

raddlu xortih, tah l-isem li bih trabba

u 'il fuq mid-dinja l-hsieb ta' ruhu talla'.

 

Ruma w Parigi

staghgbu bil-hegga tieghu:

u f'qasir zmien min kien ighallem lilu

ma lahaqx aktar mieghu.

Izda x'hajr - qal - il-gherf ta' bla qdusija?

U, b'din il-Ligi,

dak il-haddiem tas-Sema

rafa' l-ohrajn u lilu nnifsu rema.

Talb, sawm, tiswit, kull xorta ta' tbatija:

b'dan kien jixxennaq u dan kien ghamilu

fil-waqt li b'ismu kienu l-gnus mimlija.

 

Fuq hutu kollha

minn hutu l-kbar imqieghed

fil-hakma tal-Fqajrin bis-skiet u t-tjieba

minn dmiru qatt ma tbieghed:

u l-Gemgha katar u 'l quddiem mexxieha.

Min sata' jhollha

jew ireggaghha lura

dik ir-rabta ta' qlub Ventura?

Kif b'ghaqlu u bi qdusitu kien kennieha

il-qerq bla tarf tal-kiefra u tal-giddieba

ghad li habbatha, ma setax ghaliha.

 

Imma l-Kbir Alla

aktar fil-gholi riedu,

Isqof u Princep, kontra qalbu hatru;

u d-dawl ta' mohhu ziedu

li sa Tumas fuq gherfu kien issahhar (1).

Izjed imtella',

izjed kien Hu jiccekken!

U, minn kull frugha fih innifsu mrekken,

hekk ghax u miet, sa kemm il-jum gie fl-ahhar

li, kif is-Sema mal-Henjin kien satru,

il-Knisja mal-Ghorrief bdiet lilu tfahhar.

 

(1)  "F'liema kotba tghallimt dan l-gherf imqaddes" - staqsieh Tumas t'Akwinu.  U Bonaventura ta' Banjorea urielu s-Salib u qallu: "Ara din il-ghajn li nimla minnha!" (G.M.A:).

 


Mehud mill-ktieb: "Il-Muza Maltija, Antologija ta' Poeti Maltin, migbura mill-Professur G. Aquilina,  A.C. Aquilna & Co, 1948, p.45.

Valletta: 26.9.2006

San

Bonaventura

minn

Bagnoregio

1218-1274

 

Isqof

u Duttur

tal-Knisja,

I Ordni

 

15 ta'

Lulju