Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


San Bonaventura - 1


Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari


<< werrej

  

Il-Patrijiet Minuri b'ilhna hienja

jinfexxu f'ghanja hierga dritt minn qalbhom,

ifahhru l-hidma, il-virtù u l-glorja

ta' San Bonaventura.

 

Kien ir-raghaj ghaqli dejjem lest ihares

in-nghag mill-qerda ta' l-ilpup hattafa,

u b'ligijiet qaddisa w kelma helwa

kattar bis-shih il-merhla.

 

Maghruf mad-dinja kif iddur ghal gherfu,

inghata l-gieh ta' Kardinal tal-Knisja;

issa mid-difa tas-smewwiet, bhal kewkba,

ixerred dawl leqqieni.

 

Meta kien wiehed mill-kbarat f'Koncilju,

hadem bil-ghaqal, ghamel hiltu kollha

biex dawk li nfirdu minn go hdan il-Knisja

jergghu ghall-kenn ta' l-ghaqda.

 

Lilek, Alla Sultan, fi Tliet Persuni,

li 'l fuq mill-kwiekeb tahkem fuq id-dinja,

minn qalbna nizzuk hajr u naghtuk glorja

minn issa u ghal dejjem. Amen.

 


Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.131

Valletta: 31.8.2006

San

Bonaventura

minn

Bagnoregio

1218-1274

 

Isqof

u Duttur

tal-Knisja,

I Ordni

 

15 ta'

Lulju