|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
San Baskal Baylon - 2 Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum
Gesł Sidna, ta' Missierek Int id-dawl tassew sabih, ghinna ninsgu 'l Baskal tieghek ghanja ta' tifhir u gieh.
Dak il-jum li rah jitwieled fuq din l-art biex jghix fil-gieh, rega' rah mimli bil-merti lejn is-sema jtir ferrieh.
Xewqa kbira li jitqaddes nibtet f'qalbu maz-zghurija, tfarfar, kiber, ghex fis-safa b'razan shih u fil-bzulija.
Meta mbaghad haddan il-hajja tqila sew ta' Frangiskan li jharisha b'ghozza w reqqa ta' dan biss kien hu xewqan.
Ried li jimxi wara Kristu, u bhal Kristu jghix ta' fqir, taht saqajh sehaq il-ghana, ried tal-faqar jghix ilsir.
U biex jobdi sew, kif wieghed, baxxa rasu ghac-cahdiet bl-akbar hlewwa, sa l-jum hieni li radd ruhu lis-Smewwiet.
Lilek glorja, Gesł twajjeb, fuq id-dlam tal-mewt rebbieh; lill-Missier u lill-Ispirtu naghtu wkoll kull sebh u gieh. Amen.
Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.69 Valletta: 31.8.2006 |
San Baskal Baylon 1540-1592
Fratell Religjuz, I Ordni
17 ta' Mejju |