Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


San Gwann minn Capistrano - 2


Innu ta' l-Ghasar


<< werrej

Omm taghna l-Knisja, li tistrieh bil-hlewwa

fuq l-ghana li Gesł halla fi hdanek,

ifrah illum, u holl ilsienek, ghanni

il-glorji ta' San Gwann minn Capistrano.

 

Ghax kien suldat qalbieni ta' Kristu Sidna,

ghazel l-indafa, l-faqar, l-ubbidjenza,

hadem bis-shih, bla tnikker, b'ghaqal f'waqtu,

u rifes taht riglejh dinja qarrieqa.

 

Habb l-umiltą, u sahhah fih it-tjieba,

hares bir-reqqa sew il-Ligi t' Alla;

maghruf kullimkien kliemu u eghmilu,

halla warajh mudell ta' hajja tajba.

 

Gesł hanin li fik il-kenn ta' qalbna

u t-tama taghna, li nfahhru bla nieqfu,

f'gieh dal-Qaddis li kiseb daqshekk merti,

ahfrilna d-dejn li thalli wrajha l-htija.

 

Lilek, Gesł mahbub, kull gieh u glorja,

ghax minnek l-ghajn bla taqta' ta' kull grazzja,

wara li jghaddu s-snin ta' din il-hajja

taghti lil min ghex fik il-hlas ta' dejjem.  Amen

 


Mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.270

Valletta: 30.8.2006

San

Gwann

minn Capistrano

1386-1456

 

Sarcerdot

Religjuz,

I Ordni

 

23 ta'

Ottubru