|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
San Felic minn Cantalice - 1 Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari
Kmieni f'zghozitu kien, bhal warda, safi, Ghazel li jimxi ma' Frangisk, b'taghlimu, Ried izomm kelmtu ma' Gesu habibu, Ried li jghix mieghu.
B'hidma ckunija diem zmien twil jitheggeg, Jimxi bil-qawwa bhal Frangisk Missieru, Mimli bl-imhabba, b'nar qaddis imkebbes, Jiddi l-qdusija.
Dejjem kien ighasses lilu nnifsu safi, Harreg lil-gismu jgorr salib il-hajja; Jibqa' bla jorqod, kien isib kull hena Jitlob lil Alla.
B'qalbu li taghder nies imnikkta jfarrag, Id ta' habibhom kien lill-foqra jnewwel, B'kelma ta' hlewwa qalb il-morda jqawwi, Mimli fohrija.
Int li ma' hutek qieghed f'sebh is-sema, Itlob ghalina ghaqal, sliem, qalb helwa, Ishar mis-sema, hares lejn id-dinja Mgharrqa fin-niket.
'L Alla Missierna naghtu gieh minn qalbna, Gieh naghtu 'l Ibnu; hekk gieh lilek dejjem, Ruh li gej minnhom, Alla Wiehed maghhom. Dejjem ghal dejjem. Amen.
Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.70 Valletta: 8.10.2005 |
San Felic minn Cantalic 1515-1587
Fratell Religjuz, I Ordni
18 ta' Mejju |