Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Sant'Antnin ta' Padova - 7


ta' Rahbi l-Gharib


<< werrej

Fost it-talb l-iehor

Lil Sant'Antnin

 

1.

Sant' Antnin, ismaghni f'talbi!

gejt, quddiemek gharrkobbtejja

biex niftahlek qalbi berah

ghax tassew ikiddni l-hbit.

 

Inti taf x'nehtieg mal-hila.

Taf dghufiti mn'hiex hi gejja:

qalbi tajba, idhol ghalija.

'Tini s-sabar. Mhux ftit ftit.

 

2.

Issa huk; xejn ma nisthoqqu.

Madankollu x-xewqat fija

u nixtieq intemmhom, kieku.

Sahhti mgharrqa.  Ghidli kif.

 

M'hawn hadd hliefi hdejn artalel.

Skiet mad-dwar u dlam il-bqija.

Kieku tghidli nofs ta' kelma!

'K iddewwili ftit mill-grif!

 

Hemda. Tkellem, imqar f'qalbi!

Sant' Antnin, twarrabnix f'talbi.

 

Valletta:  2.9.55


Din il-Poezija dehret fil-ktieb ta' Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet) Ir-Raba' Gabra (1), V & G Sammut, Birkirkara, 1975. p. 25.

Valletta: 9.9.2006

Sant'

Antnin

ta'

Padova

1195-1231

 

Sacerdot

Religjuz

u Duttur

tal-Knisja,

I Ordni

 

13 ta'

Gunju