Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Sant'Antnin ta' Padova - 6


ta' Rahbi l-Gharib


<< werrej

Sant'Antnin u l-Virtujiet

 

I.

Jiggerra kien fil-gonna

fejn jikbru l-virtujiet.

Hajtu t'ghasfur indonnha

li jghix ferhan fis-skiet.

 

Jitghaxxaq bil-fjur sbejjah:

il-fjuri tal-virtł;

u kien, tal-fjur mal-fwejjah,

ihenni Qalb Gesł.

 

ma kienx jeghja jittajjar;

ghalih kull bagh'd kien qrib.

Kien ilu bicca mhajjar

biex l-aqwa fjura jsib.

 

Sa fl-ahhar, f'nofs il-hdura,

sab l-ohla w l-isbah fjura.

 

II.

Wieqfa, ta' lewn hamrani

jghajjat; il-lbies, xi gmiel!

Taht sema nir kahlani

tbissimha qatt mitbiel.

 

Dil-warda kienet serqet

qalb Sant'Antnin, l-ghasfur.

il-lwien bi gmielha ferqet

mieles bil-fwieha jfur.

 

Il-warda ta' l-imhabba;

fawwara bellusija.

Fuq fommha l-gmiel jitrabba

li jzejjen fomm il-bqija.

 

Is-Sid isib l-ghaxqiet

hawnhekk, fil-virtujiet.

 

III.

L-Imhabba sfiqa thammar,

sahhret qalb Sant'Antnin.

Sthajjel hmuritha ggammar

haddejn il-Qaddisin.

 

Imbagh'd mar lejn il-fjuri

li jinbtu go dal-gnien.

B'dakret l-Imhabba kburi

qisu taghhom girien.

 

U ra fi hsiebu l-bniedem

li jrid jghix hieni fl-art;

hemm gew htieglu jghix niedem

'k irid joghxa bil-ward.

 

Hass jahraq fih in-nar

u dlonk bhal ghasfur tar.

 

IV.

Mill-gdid b'ghajnejh fil-fjura,

li hdejha dam qatigh,

zied f'qalbu x-xenqa ghajjura

biex narha jheg'gu shih.

 

Imbagh'd mill-gdid ittajjar

hdejn fjura; sab virtł.

Biex jafha hassu mhajjar

u hi tkun taf min hu.

 

Malajr ingibed lejha

u ghogbu jghix qrib taghha.

Ghazel jiddewwem hdejha

u jaqsam hajtu maghha.

 

Hass fih hekk gibda kbira

li nghadd b'ruh ckejkna w fqira.

 

V.

Hekk il-fjur kollu jassar

il-qalb ta' dan l-ghasfur.

Ta' l-art il-gibdiet hassar;

zammu hemm gew idur.

 

Antonju, l-ghasfur taghna,

mikbus b'dawn il-hajriet

ghazel b'gidhom jistaghna

u far bil-virtujiet.

 

Min seta' mill-qalb tieghu

jifred x'nissel dal-fjur?

Min ried jitlewwem mieghu

ghax sar ghall-gmiel ghajjur?

 

Il-ferh u s-sliem fawruh;

dahhnu bhall-bhur ifuh.

 

VI.

Il-warda bellusija,

il-hammret bhan-nirien,

hag'get sebh il-qdusija

f'qalb dan l-ghasfur tal-gnien.

 

Dik kienet rebha kbira:

staghniet ruh bil-virtł.

Antonju sar ruh Fqira,

u s-Safa ghazz f'Gesł.

 

Neza' mir-Rieda, ccahhad,

u ghex fil-gnien maghluq.

Qalbu ma' Kristu wahhad;

ghalih hu tqies mahluq.

 

U ghex bhall-Qaddisin

biex jixhed x'habb u 'l Min.

 

VII.

-  Ismaghna, Sant' Antnin,

ejja zommilna jdejna.

Wezinna, lkoll dghajfin.

La titharrikx minn hdejna.

 

- Fil-gnien milwien bil-fjuri,

dahhalna, Sant' Antnin.

Hajjarna mill-kuluri

li jzejnu l-Qaddisin.

 

- Ahna rridu nixbhuhom

biex hdejk fis-sema ntiru.

Nagh'rfu tassew nghixuhom

biex, bhalm'int sirt, insiru.

 

- Li nghixu fil-virtł

biex noghgbu lil Gesł! -

 

Valletta:  15.3.53


Din il-Poezija dehret fil-ktieb ta' Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet) It-Tieni Gabra, A.C. Aquilina & Co. Valletta. p. 44

Valletta: 9.9.2006

Sant'

Antnin

ta'

Padova

1195-1231

 

Sacerdot

Religjuz

u Duttur

tal-Knisja,

I Ordni

 

13 ta'

Gunju