Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Sant'Antnin ta' Padova - 4


Innu ta' l-Ghasar


<< werrej

Int li mzejjen b'dawl qatt nieqes

 

Int li mzejjen b'dawl qatt nieqes

tal-mirakli, Sant' Antnin,

aghti widen ghat-talb taghna

nitolbuk, u kun hanin.

 

Sebbah b'dawl li l-gieh ikattar

dik il-belt li rat twelidek,

u mill-Portugal ta' qalbek

fuq id-dinja xerred gidek.

 

Ghalkemm demmek demm ta' nobbli,

chadt il-frugha ta' din L-art,

is-Salib sar il-wirt tieghek

u ma' Kristu issammart.

 

Ghaddejt ljieli shah titniehed

u tixxennaq is-Smewwiet;

waqt li taqra l-Kotba Mqaddsa

tal-bnedmin tibki l-htijiet.

 

Sant' Antnin, mit-tron fejn qieghed

isma' talbna lejk merfugh,

bieghed minna l-ghadab t' Alla,

taqlib, gwerer, mard u guh.

 

'L Alla wiehed, tliet Persuni,

Missier, Verb, Ruh-il-Qdusija,

jaslu issa u ghal dejjem

L-oghla gieh u kull fohrija. Amen.


Mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.110

Valletta: 30.8.2006

Sant'

Antnin

ta'

Padova

1195-1231

 

Sacerdot

Religjuz

u Duttur

tal-Knisja,

I Ordni

 

13 ta'

Gunju