Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Sant'Antnin ta' Padova - 3


Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum


<< werrej

 

B'Gieh u Glorja, Sant' Antnin

 

Nghollu qlubna 'l fuq lejn Kristu

Sultan taghna, llum henjin

ghaliex wasal gewwa l-genna

b'gieh u glorja, Sant' Antnin.

 

Mexa sewwa fuq il-passi

ta' Missieru, San Frangisk:

bhal nixxiegha griet qdusitu

fejn ghaddiet halliet ir-rizq.

 

Taht stendard hekk kbir u qawwi

tqabad sew u kien rebbieh:

is-suldat u l-mexxej tieghu

jisthoqqilhom il-mistrieh.

 

llma haj il-kelma tieghu,

xterdet f'lehha, kullimkien,

u fejn waslet, fuq il-hedla

giebet hajja u qawmien.

 

Jalla nixbhu lil Missierna,

u lil huna, Sant' Antnin:

minn din l-art fejn qed nitqabdu

nirbhu l-qilla tal-Hazin.

 

Dan nitolbu, Missier Alla,

Verb Etern, Ruh-il-Qdusija,

Trinità Imqaddsa 'smaghna,

zommna mbieghda minn kull htija.  Amen.


Mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.107

Valletta: 30.8.2006

Sant'

Antnin

ta'

Padova

1195-1231

 

Sacerdot

Religjuz

u Duttur

tal-Knisja,

I Ordni

 

13 ta'

Gunju