Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Sant'Antnin ta' Padova - 2


Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari


<< werrej

Dawl Gdid

 

Dawl gdid bla dellijiet jahkem id-dinja

u jdub is-shab sewdien quddiem sbuhitu,

dan huwa Sant' Antnin li b'fommna w b'qalbna

nghannu, b'tifhir, qdusitu.

 

Biex jaqdi 'l Alia, genneb gid u frugha,

u dahal patri fl-aqwa taz-zghozija;

ftit wara sama' b'San Frangisk u nghaqad

ma' l-Ordni fqajjar tieghu.

 

Xofftejh imharrka f'talba minghajr heda,

twarrab minn kollox, ghakkes gismu safi,

id-dinja m'gharfitux b'dan kollu sthaqqlu

iduq il-ferh tal-genna.

 

Nixxiegha ta' qdusija, ghadda w saqqa

bl-ilma leqqien tal-grazzja, bliet u rhula;

fewwah 'l-erwiehi, qanqal il-qlub ghazziena

u bdiet saltna ta' paci

 

Missierna San Frangisk riedu li jghallem

lil hutu h-patrijiet il-Kotba Mqaddsa,

u b'hekk sar h-ewwel fost h-ghorrief hi jsebbhu

lill-Ordni tal-Minuri.

 

Itlob ghalina, Sant' Antnin, mis-Sema

fejn b'qalb u jdejn indaf qieghed issaltan,

biex nghixu minghajr dnub, u ghat-talb tieghek

il-hlas mixtieq naqilghu.

 

Lilek Missier, u Iben, Spirtu Santu,

lit-tliet Persuni, Alla veru, wiehed,

sakemm itul iz-zmien, u ghala dejjem

jinghata gieh u glorja. Amen.

 


Mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.104

Valletta: 30.8.2006

Sant'

Antnin

ta'

Padova

1195-1231

 

Sacerdot

Religjuz

u Duttur

tal-Knisja,

I Ordni

 

13 ta'

Gunju