|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
Sant'Antnin ta' Padova - 10 ta' Fra G. Sciberras, Terzjarju Frangiskan Sant'Antnin ta' Padova (Tifhir)
Fil-belt l-izjed sabiha imsejha ta' Lisbona, minn nisel l-aktar nobbli missier u omm tajbin, jitwieled Ninu taghna tfajjel mimli bil-hlewwa sabiex nistkar is-sewwa kien donnu Serafin.
Sa minn zghoritu wera ANTONJU gibda kbira ghat-talb u l-orazzjoni ghall-hwejjeg tas-smewwiet; ghalhekk narah iwieghed lil Gran Vergni Marija il-hajja tieghu kollha fejn hass l-akbar hlewwiet.
Tal-Fqajjar minn Assisi Frangisku l-Missier taghna, il-libsa tieghu jahtar u fuqu ixidd imur; Hawnhekk ghal penitenzi ANTONJU joffri ruhu Warajh jixhet id-dinja, imaqdar kull unur.
Eluf minn ta' mirakli ANTONJU narah jaghmel bis-setgha tal-Kbir Alla, U tant ghegubijiet; fejn bosta ukoll drabi fic-cella kien izuru Gesł ckejken tarbija fl-iljieli tal-Milied.
Ix-xahar kien ta' Gunju, u tlettax kellna sewwa, x'hin ruh ANTONJU taret ghal hdan Gesł Bambin; Hawnhekk il-qniepen, huti, minghajr biss hadd messhom idoqqu bdew wehidhom f'salt wiehed f'dak il-hin.
Ghaddiet kienet xi sena, sew sew fuq il-mewt tieghu, x'hin proklamat dan jigi mill-Papa, kbir Qaddis; Dan kien il-Kbir Gregorju Disgha ta' dana l-isem, li ghogbu jmur jaghmel l'ANTONJU qaddis fis.
Min jista' jsib tarfhom il-grazzji ta' ANTONJU?... Il-kobor tal-mirakli li saru sew x'hin miet?... Kemm mixi ta' liz-zopop, kemm gaghal muti jitkellmu, x'eluf ta' morda fejjaq, xi kbar ghegubijiet?...
X'inghidu izjed lura kemm grazzji xerdedt idu? Xi kbar mirakli ghamel, Kemm, qabez ghal fqajrin?... Kemm sab hwejjeg mitlufa, Kemm nies ghamilhom paci, xi kemm ghal hdan tal-knisja mar gibed midinbin?
U ghadu ukoll ifejjaq. U grazzji ghadu jaghti. Ghax ghandu setgha kbira minn Alla dan tassew. Miljuni hawn li qalghu il-grazzji ta' ANTONJU, bla ghadd huma l-mirakli l-imxandra minnu gew.
O huti Maltin bhali, kunu devoti tieghu; f'kull bzonn ili fih tigu inxtehtu go riglejh. U b'fidi l-aktar kbira U ruh il-qalb minn taghkom, tibzghux, dikment jismghakom, malajr jiftah idejh.
Ninxtehtu gharkkopptejna Ilkoll bilgri quddiemu, bil-qalb ilkoll nghidulu: Is-sliem ghalik kull hin, ghalina itlob 'l Alla, biex fejnek lilna jtalla, dil-grazzja rridu minnek. X'tghidilna SANT'ANTNIN?!
Din il-Poezija dehret fil-rivista: "il-Habbar ta' Sant' Antnin ta' Padova", Sena III, nr 6, Gunju 1913, p.173. Valletta: 10.9.2006 |
Sant' Antnin ta' Padova 1195-1231
Sacerdot Religjuz u Duttur tal-Knisja, I Ordni
13 ta' Gunju |