Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Santa Katerina minn Bologna - 1


Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari


<< werrej

Ilqa’ l-ghanja qaddisa

li f’qalbna mhegga bdiet,

Int bhal hamiema bajda,

tittajjar fis-smewwiet.

 

Kont ghadek tifla ckejkna

ga b’grazzji kbar moghnija,

u dan habbar minn qabel

gejjieni ta’ qdusija.

 

Xtaqt is-smewwiet, lid-dinja

warrabtha bi stmerrija:

ma’ Kristu qed issaltan

bis-sebh u l-gmiel mimlija.

 

Lilek,  Gesu’, kull glorja,

gilju minn guf Marija;

lilek, Missier, u mieghek

l-Ispirtu tal-qdusija. Amen.

 


Mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.55

Valletta: 30.8.2006

Santa Katerina

minn Bologna

1413-1463

 

Vergni,

II Ordni

 

9 ta' Mejju