Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


Santa Katerina minn Bologna - 2


Innu tat-Tifhir ta’ sbih il-Jum


<< werrej

Meta l-Gharus sejjahlek biex fuq l-gholja

wieqfa u mharbta titla’ tal-qdusija,

smajt bla tnikkir xeln, warrabt id-dinja

u mxejt bil-pass hafif ta’ ruh bla thija.

 

Meta l-Id t’Alla mbaghad, b’ghozza ta’ mhabba

fil-gnien ghammiel ta’ San Frangisk hawlietek,

warradt sabih taht seher ir-rebbiegha

li b’kotra ta’ frott bnin malajr imlietek.

 

Int ma bzajtx xejn iggor is-salib ahrax,

fuqu tissallab shih bhal Gesù tieghek;

bid-dmugh safi t’ghajnejk xarrabt bil-qima

il-plagi ta’ l-Gharus li thaddan mieghek.

 

Razzant il-gisem, gibtu lsir tar-rieda

u hsiebek ghola ‘l fuq boghod mill-gibdiet:

issa fil-gisem u fir-ruh nadifa

qed tghix mal-qaddisin gewwa s-Smewwiet.

 

Tghaxxaqt bil-ferh qaddis li kemm-il darba

kien jimla ghajnejk bi hlewwa ta’ dehriet;

dawl bla xejn dell kienu jistriehu fuqek

u tifhem il-misteri tas-Smewwiet.

 

Lilek, Missier Etern, kull gieh u glorja

u mieghek lill-Ispirtu tal-qdusija,

lill-Verb li ghammar fostna bhala bniedem,

gilju mill-guf purissimu ta’ Marija. Amen.


Mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.57

Valletta: 30.8.2006

Santa Katerina

minn Bologna

1413-1463

 

Vergni,

II Ordni

 

9 ta' Mejju