|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
Santa Margerita ta’ Kortona Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari Missierna tas-Smewwiet, mis-saltna tieghek fuq Margerita xhett harsa hanina biex teqred f’qalbha r-rezha ta’ dnubietha u tqieghet gmamar jaqbad ta’ qdusitek.
Nizlet mis-Sema l-grazzja, ragg setghani, u ruhha mqallba nbidlet f’ghajn ta’ sobgha: id-dmugh kotran ta’ ndiema ghadda u hassar il-griehi jrelhu tal-htijiet mghoddija.
Warrbet ilbiesi tal-harir u gawhar li darba nisslu fiha mhabba zienja, libset il-faqar ta’ l-ixkora mraqqgha, hassmet genbejha b’habel ahrax bosta.
Kristu Gesu’, li fik l-imhabba taghna, ehlisna mill-gibdiet tad-dnub qarrieqi, bil-grazzja tieghek imla’ qlubna mxennqa biex jiksbu l-hena tas-smewwiet ghal dejjem.
Lil Alla, li fl-imhabba kbira tieghu, ihassar id-dnubiet mill-qlub li nidmu u jtihom hlas qaddis fil-genna mieghu, jinghata sebh u gieh, illum u dejjem. Amen.
Mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan - p.62 Valletta: 30.8.2006 |
Santa Margerita ta' Kortona 1247-1297
Mara Qaddisa, III Ordni
16 ta' Mejju
|