Poezija - Qaddisin Frangiskani

 


San Piju ta' Pietralcina - 1


ta' Gorg Pisani


<< werrej

 

Lil Patri Piju tal-Pjagi

 

Ghal hamsin sena shah garrabt go gismek

il-pjagi tas-salib ta' dak li fdiena,

ghal hamsin sena shah instama' ismek

jitlissen minn eluf jitolbuk hniena.

 

Qalbek kienet taharqek ghall-batuta

u biex giehhom bil-qerq qatt ma jittabba

sibtilhom kenn li fih, f'dirghajk mixhuta,

dewwaqthom l-ghozza helwa ta' l-imhabba.

 

Hajr lill-Mulej li kebbes fik dix-xrara

ta' karità li dwarha tant kont tishaq,

ta' karità tassew prezzjuza u rari.

 

Issa qed nistennew ilkoll bi hrara

dak iz-zerniq ta' ferh li fih, kif jixraq,

narawk meqjum fil-glorja ta' l-artali.

 

Gorg Pisani


Din il-Poezija derhet fir-rivista Dawl Frangiskan, Awwissu/Settembru 1997, 25.

Valletta: 7.10.2005

San

Piju

ta'

Pietralcina

1887-1968

 

Sacerdot

Religjuz

Kapuccin,

I Ordni

 

23 ta'

Settembru