|
Poezija - Qaddisin Frangiskani |
|
|
San Leopoldu Mandic ta' Patri Mario Attard OFM Kap Lil San Leopoldu Mandic
Habbek il-Mulej u gharrfek biex tehodlu hsieb il-merhla, tefghek ‘il quddiem biex treggghalu il-hrief imgerrxa li f’lehha tbeghdu mill-hajja, u ghamlu gerha lill-qalbhom mikuda u bla ferha raw lilhom infushom mistkerha.
Imma r-Raghaj it-tajjeb gera Warajhom bla heda, U bic-ckejken Kapuccin marradi U dejjem bilqieghda. Fethilhom qalbhom li kienet qieghdha Tghum bil-hazen u l-mibeghda u dewwaqhom imhabbtu minn tieghu x-xehda.
U l-fqajjar Leopoldu Minn filghodu sa fil-ghaxija. Arah iressaq nies lejn Kristu U bl-aktar ckunija Iroddlu hajr bla kburija Li tah tal-fidi s-shuhija Ghalkemm xipli bid-dghjufija.
O dik mhabbtek Missier tieghi Li dejjew urejt ghas-sliem, U l-ghaqda fil-merhla ta’ Kristu O kemm thabbat bla waqfien Biex tara jinfethu l-bibien Ghall-hutek l-Ortodossi u girien U Knisja wahda nkunu flimkien.
O Missieri Leopoldu, Gherf u safa ta’ kull zmien, Imxi mieghi f’din il-mixja Ma’ Gesù sat-tmiem. U filwaqt li titfa’ fuqi l-harsien Kun ghalija imhabba kollha nirien Ghal Kristu u ghall-Knisja bla qisien.
Patri Mario Attard OFM Kap Din il-Poezija waslet ghandna permezz ta' e-mail minghand l-awtur innifsu. Valletta: 7.10.2005 |
San Leopoldu Mandic 1866-1942
Sacerdot Religjuz Kapuccin, I Ordni
30 ta' Lulju |