Kultura Frangiskana - pittura

<<|werrej|>>


Ganni Vella

u l-Koppla tal-Knisja ta' San Frangisk,

Il-Belt - Valletta



Ganni Vella twieled Bormla fid-9 ta' Mejju 1885, minn Francesco u Marianna mwielda Attard. Ganni kien it-tieni fost tliet ahwa.

 

Minn ckunitu Ganni kien ihohb ipingi u jhazzez b'xi lapes. Darba minnhom Dun Giuseppe, is-sacredot li kien jghallmu r-religjon  gharaf it-talent qawwi ghall-arti li kellu dan it-tifel u malajr kellem lil zijuh Emanuel biex jibda jibaghtu ghall-klassijiet ta' filghaxija fid-disinn u l-Pittura. B'xorti tajba ghal Ganni, waqt li l-professur Attilio Palombi, artist taljan li kien qieghed ipingi affreski ghall-knisja ta' San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, mar izur lil Dun Giuseppe f'Bormla, hu nnota xi xoghlijiet li Ganni kien ghamel. Palombi malajr impressjona ruhu u talab biex jigi mlaqqa' ma' dan it-tfajjel.

 

Waqt li kien fil-presenza ta' Dun Giuseppe u ta' Emanuel, iz-ziju ta' Ganni, il-Professur Palombi ezamina aktar bir-reqqa it-tpingijiet ta' Ganni. Hu kien tal-fehma li dan l-artist hekk zghir isir l-apprentist tieghu. Ghal tliet snin Ganni qeda lill-imghallem tieghu tajjeb u ghalhekk il-Professur Palombi rrangalu biex ikompli l-istudji tieghu f'Ruma fil-"British Academy" u fl-"Istituto di Bella Arti" taht ghalliema bhal Bruschi-Spinetti u Borgogelli.

 

Fl-1912 Ganni Veila gie lura Malta fejn beda jahdem go studio fi Triq San Duminku, il-Belt Valletta. Lejn zmien din is-sena, lill-Professur Palombi bdiet tonqoslu il-vista t'ghajnejh. Huwa kien ghadu kif beda jpitter is-saqaf tal-knisja tal-Floriana u ma setax ikompli bid-dekorazzjoni li kienu affresk ghalhekk qabbad' lil Ganni biex jispiccahom. Dan hekk ghamel u meta tlestew kienu tassew kapulavur. B'xorti hazina dan ix-xoghol kien meqrud mill-ghadu fit-Tieni Gwerra Dinjija.

 

Kienet is-sena 1913 meta Ganni zzewweg lil-mudella favorita tieghu Mary Critien. Minn dan iz-zwieg kellu tliet ulied Maria, Beppe u Aldo. Kellu wkoll tifel iehor li sfortunatament ma baqax haj, dan kien semmih Attilio ghall-imghallem Taljan tieghu.

 

Ganni Veila beda jkun kommissjunat biex ipitter f'diversi knejjes f'Malta u f'Ghawdex. L-ewwel li beda kien fil-Katidral t'Ghawdex.

 

Meta il-Patrijiet Frangiskani Konventwali lejn il-bidu tas-seklu ghoxrin kabbru il-knisja ta' San Frangisk fi Strada Rjali l-belt Valletta, Ganni Vella kien imqabbad ipitter il-koppla b'xeni mill-hajja tal-qaddis fqajjar ta' Assisi.

 

Ganni Vella baqa' attiv tul hajtu kollha. Rebah ghadd ta' premijiet, fosthom il-midalja tad-deheb b'rikonoxximent ta' l-attivita' artistica tieghu. Il-Pittur Ganni Vella miet fit-3 ta' Settembru 1977 fl-età ta' 92 sena.

 


Xeni mill-hajja ta' San Frangisk

impittra fil-Koppla tal-Knisja ta' San Frangisk

tal-Belt - Valletta mill-Pittur Ganni Vella


 

Quddiem l-isqof Gwidu ta' Assisi

Frangisku jinza hwejjgu minn fuqu

u jaghtihom lura lil missieru.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Iz-zwieg ta' Frangisku

mas-Sinjura Povertà.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Frangisku jiehu hsieb

l-Imgiddmin f'inhawi

ta' Assisi.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Frangisku jaccetta liz-zaghzugha

Klara minn Assisi u jitwaqqaf

it-Tieni Ordni Frangiskan.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Frangisku idur

mal-Bliet u l-irhula jxandar il-Vangelu

ta' Kristu lil Kulhadd

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Frangisku jippriedka

lill-aghsafar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Frangisku jwaqqaf

it-Terz Ordni.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Frangisku jikseb

l-Indulgenza tal-Porzjuncola

Maghrufa bhala

Il-Mahfra ta' Assisi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


<<|werrej|>>


Dawn ir-ritratti kienu migbura f'sett ta' kartolini bl-isem: Chiesa di S. Francesco dei Minori Conventuali Malta -Valletta, Serie di 8 Cartoline Artistiche, Particolare della Cupola del Pittore G. Vella inaugrata in Ricordo del VII Centinario Antoniano.

Valletta - 5.12.2003


 

 

Ganni Vella 1885 - 1977

 

Il-Knisja

ta' San Frangisk

fil-Belt

Valletta