Kultura Frangiskana - storja |
||
Il-Beatu Nazju Falzon ighin Zaghzugh jaghraf is-Sejha Frangiskana Storja ta' Vokazzjoni Frangiskana kitba ta’ P. Arthur Joseph Saliba OFMConv. Fil-Volum "Positio Super Virtutibus" li fih ingabru ddokumenti kollha fuq il-hajja tal- Beatu Nazju Falzon biex beda l-process tal-Kanonizzazzjoni, insibu fatt helu dwar vokazzjoni ta' Patri Frangiskan Konventwal.
Il-Beatu Nazju Falzon (1813-1865) li kien ta' hajja qaddisa, baqa' maghruf ghall-appastolat li kien jaghmel fost ir-regimenti Inglizi li kienu Malta. F'dak izzmien pajjizna kien kolonja Ingliza u ghalhekk il-portijiet Maltin kienu mimlija suldat u bahrin Inglizi: Fi zmien il-Gwerra tal-Krimea (1853-1856) hafna regimenti, kienu stazzjonati f’Malta. Fil-Port il-Kbir kont tara ankrati vapuri tal-flotta Inglizi, bid-duhhan hiereg mic-cmien sofor taghhom dejjem lesti biex isalpaw ghal xi destinazzjoni gdida.
Il-Beatu Nazju Falzon li kien imdawwar minn mijiet ta' suldati u bahrin Inglizi li ta' kuljum kienu jimlew it-toroq tal-Belt xtaq li jkun ta' gid ghalihom. Kellu bhal don specjali kif kien jithabbeb maghhom u kien jistidinhom ghal-lagghat tad-duttrina. Ghall-ewwel kien jigborhom fid-dar tieghu fi Triq id-Dejga l-Belt. Dawn kienu jkunu filmaggoranza taghhom Kattolici Irlandizi. Maghhom kien ikun hemm ohrajn li kienu jithajru jitghammdu. Ohrajn kienu jmorru biex jifthu qalbhom mieghu. Mhux biss, izda hafna drabi kien isir jaf personalment il-familja taghhom, b'mod specjali ta' dawk li kienu stazzjonati f Malta u kien jiehu hsiebhom spiritwalment.
Il-familja Doyle ta' nazzjonalità Irlandiza kienet ghadha kemm waslet Maltaminn Korfu u giet toghqod f’Tas-Sliema. Mill-ewwel saret midhla tal-Beatu Falzon u flimkien ma' wliedhom kienu jmorru l-Belt biex jghidhu r-ruzarju fil-lagghat li l-Beatu kien jaghmel fil-Knisja tal-Gizwiti.
Darba wiehed mit-tfal tal-Familja Doyle, li kien jismhu Frederick, kellem lill-Beatu Falzon biex jiehu parir dwar il-vokazzjoni religjuza tieghu. Hu xtaq isir Frangiskan. Nazju Falzon kien ilu jsegwi liz-zaghzugh b'interess kbir. Jum fost l-ohrajn hadu fil-kunvent ta' San Frangisk fi Triq Irjali (illum Triq ir-Repubblika), il-Belt Valletta. Hemm sab lill-Majjistru Patri Pawl Anton Sillato (1803-1877), Superjur tal-Frangiskani Konventwali ta' Malta, sacerdot bravu u ta' hajja qaddisa. Patri Sillato kien maghruf sew fost il-Kleru kollu ta' Malta, minhabba li f’dak iz-zmien kien id-Direttur Spiritwali tasSeminarju ta' l-Isqof, fi Triq San Kalcidon, il-Furjana. Il-Beatu Nazju Falzon halla liz-zaghzugh f’idejh u Patri Sillato bi mhabba kbira laqa' lil Frederick Doyle fil-kunvent.
Kien is-sajf tas-sena 1853. Patri Sillato avvicina lill-genituri taz-zaghzugh, Patrick u Jane Doyle, u wara ftit taz-zmien it-tifel taghhom Frederick dahal mal-Patrijiet ta' San Frangisk ta' Putirjal il-Belt.
Frederick Doyle twieled Longford, fl-Irlanda, fl-4 ta' Frar 1641. Fit-30 ta' Dicembru 1853 libes l-abitu Frangiskan ghall-ewwel darba fil-knisja ta' San Frangisk il-Belt. Tawh l-isem ta' Fra Frederick Bonaventure. Ftit wara mar Sqallija u beda l-istudju tal-Letteratura fis-Seminarju tal-Frangiskani f’Messina. Imbaghad wara sentejn is-Superjuri baghtuh fil-Kunvent ta' Santi Appostoli f’Ruma fejn ghamel is-sena tan-Novizzjat. Fis-17 ta' Settembru 1857, festa tal-Pjagi ta' San Frangisk ghamel il-Professioni Solenni.
Fra Frederick Bonaventure kompla l-istudju talfilosofija f’Recanati fil-Provincja tal-Marche fl-Italja. Kien zmien meta l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali kien qieghed ifittex jiftah dar gdida fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Ghalhekk fis-sena 1858, Fra Frederick Bonaventure ntghazel biex imur l-Amerika ma' l-ewwel grupp ta' patrijiet. Kien ghadu student. Fl-Istati Uniti studja t-teologija u kien Ordnat Sacerdot.
Patri Frederick Bonaventure Doyle hadem fost l-emigranti Irlandizi fi New York. Fis-sena 1865 rega' lura fl-Italja u kien konfessur ghal-lingwa Ingliza fis-Santwarju ta' Loreto. U mbaghad fis-sena 1870 sar penitenzier appostoliku fil-Bazilka ta' San Pietru fil-Vatikan. Fis-sena 1876 ircieva l-Lawrja fit-Teologija.
Matul dan ii-zmien kien qieghed ihossu mugugh u marid hafna. Is-sahha baqghet dejjem tonqsu u ghalhekk fuq il-parir tat-tobba rega' lura lejn lAmerika fil-25 ta' Ottubru 1878.
Patri Doyle waqt il-marda twila tieghu kien ta' ezempju ghal kulhadd. Il-bidu tal-vokazzjoni religjuza kienet ir-recita tar-ruzarju ta' kuljum filknisja tal-Gizwiti flimkien mas-suldati u sa l-ahhar nifs ta' hajtu baqa' devot tal-Madonna, kif ghallmu jaghmel dejjem il-Beatu Nazju Falzon.
Patri Frederick Bonaventure Doyle miet fil-Kunvent ta' St. Joseph, 702 Columbia Street, Utica, New York, fis-sena 1885.
|
|
Il-Beatu Nazju Falzon 1813-1865
|