|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>L-Imhabba ta' Frangisku lejn Gesùkitba ta' Patri Jesmond Micallef OFMCap. Issa kulhadd kien konvint: Frangisku kien ihobbu. Ma kien hemm l-ebda dubju jew l-ebda dell ta' mistoqsija dwar dan. Ma kienx ghadu argument li titkellem fuqu. Kulhadd seta' jara b'ghajnejh u jmiss b'idejh. Kien jghaddi ljieli fit-talb. Imur-ifittex gherien izolati u mbieghda fejn jitlob: jitla' fuq gholjiet wieqfa sewwa; jaghmel jiem jimxi' sa ma jsib postijiet f'boskijiet fejn hadd ma kien jazzarda jmur. Imma hu kien imur: L-imhabba kienet timbuttah. Saqajh kienu jehduh. Kien kuragguz bizzejjed biex jaghmel dan. Ghax Frangisku kien ihobbu. Kien ihobbu hafna. Ma setax jghaddi minghajru.
L-ahwa kienu jafu li hu kien dejjem okkupat bih. Kien igorru f'qalbu, f'fommu, f'widnejh, f'ghajnejh u fil-membri kollha ta' gismu. Kemm-il darba kien jigrilu li waqt li jkun ghall-ikel, meta kien jisma' ismu jew jitkellem jew jahseb fuqu, kien jinsa l-ikel li kien quddiemu: hekk jara ma kienx jara u jisma' ma kienx jisma'. Tidher xi haga kuntrarja ghall-istess idea. Imma ghal min igarrab f'hajtu din l-esperjenza jghidilkom li mhix. Gieli kien jinsa li qieghed fi vjagg jimmedita s-sbuhija tal-holqien. Kien idur lejn il-kreaturi kollha u jistedinhom biex ifahhruh.
Dan Gesù, dan Gesù, kien gennu genwinament.
Xi hadd kien jistaqsih: "X'inhi l-imhabba? Nitolbok ghidli! Forsi l-imhabba hi nixxiegha, nixxiegha u bir fejn jiltaqghu r-rimors u l-pjacir?
X'inhi l-imhabba? Qanpiena tal-ferh li ddoqq biex twassal l-ahbar tal-genna? Nitolbok lissinli, lissinli mill-gdid u ghidli x'inhi l-imhabba? Forsi hi l-jiem batja tat-tigrib? Forsi hija d-dlam ta' Dicembru, jew id-dawl ta' Mejju? Forsi hija x-xita ta' Frar jew il-fjuri ta' April? Ghidli, lissinli ghal darba x'inhi l-imhabba? Thallinix nistaqsik dejjem. Forsi hi xi haga li tmur malajr? Xi sentiment?"
U Frangisku wiegeb: "Naf inhallik tistaqsini izjed, imma ma rridx inhallik bil-kurzità. Ha nghidlek. L-imhabba jisimha Gesù".
Gesù kien dak li hu kien ihobb. Kien dejjem fuq xofftejh, fuq ghajnejh, fuq widnejh. Gesù, Gesù. L-isbah isem li qatt inkiteb hu Gesù. Kien jimmedita dejjem kliem is-Salmista f'Salm 118: "kemm hi helwa l-weghda tieghek, ohla mill-ghasel ghal fommi." Gesù hu "l-verb li sar bniedem u ghammar fostna. U ahna rajna l-glorja tieghu."
Frangisku kien dejjem jittama li jghix f'din il-glorja li ntweriet f'Gesù. Hekk hu sa minn din id-dinja stess kien ga beda jduq ftit minn din il-glorja tal-mahbub tieghu. Meta kien jisma' l-kelma Gesù jew meta kien hu nnifsu jlissen il-kelma Gesù, kien jghaddi lsienu minn fuq xofftejh bhallikieku kien qed joghmod xi haga tajba, bhallikieku kellu quddiemu platt tajjeb li kien qed ga jissodisfah qabel jieklu.
Fil-konversazzjonijiet tieghu, Gesù kien ic-centru. Ma kienx jitkellem fuq hwejjeg ohra hlief fuq Gesù. Ghajnejh kienu fissi biss fuqu. Hu kien il-bidu u t-tmiem tad-diskursati tieghu. L-isem ta' Gesù tennih kontinwament b'dak il-lehen gwejjed tieghu, qisu ta' haruf f'dirghajn ir-raghaj tieghu. L-abbundanza ta' qalbu kienet tfur f'halqu. L-energija tieghu kien jahliha biss fuq dak li sa minn dejjem ghogbu jsir bniedem bhalna fi zmienna biex isalvana, dak li ried isir jixbah li! hutu f'kollox, dak li ghamel lilu nnifsu sahta ghalina biex nistaghnu ahna. Issa ismu jdum ghal dejjem.
Frangisku! Frangisku? Mhux li kont tghallimna llum il-htiega tas-silenzju. F'dinja mimlija storbju ta' ideat u hsibijiet, ta' kliem li jinghad bl-addocc li hafna drabi jfieri aktar milli jghin, ghallimna llum kif niggustaw dan l-isbah isem li qatt inkiteb.
Frangisku! Frangisku! Il-kelma tal-mahbub hija ohla mill-ghasel pur. Urina li l-precetti tal-mahbub huma ghaxqa ghax huma jaghtuna parir tajjeb. Inti li harist kelmtu u hekk infethulek ghajnejk, ghallimna nzommu l-kelma tieghu f'qalbna biex ma nidinbu qatt. Inti harist kelmtu bir-reqqa u zammejt shih fil-mixi tieghek. Inti harist kelmtu u din tatek parir tajjeb. Anke meta mnikket, harist kelmtu, u ghalhekk zammejt it-triq tas-sewwa. Inti, li Gesù tak il-hajja bil-kelma tieghu, ma hallejtx lil ghajnejk iharsu lejn il-frugha. Inti, li afdajt fil-kelma tieghu, stajt taghti twegiba lil min ipprova jisraqlek is-salvazzjoni biex jaghtik f'idejn l-akkuzatur. Inti habbejt il-Kelma tieghu. Il-jum kollu kont hsiebek fiha. Aktar mix-xjuh kont bil-ghaqal ghax inti harist kelmtu. Fanal kienet kelmtu ghal riglejk.
Hekk inti ma waqajtx fil-moghdija u ma ggarraftx kif ghamlu l-hafna ta' zmienek. Anki meta !-akkuzatur nasablek xibka, inti ma dhaltx fiha. Anzi kont int li keccejtu meta rajtu jdur fuq il-belt ta' Arezzo; anki meta pprova jimbuttak minn fuq La Verna. Il-Kelma tal-mahbub kienet ghalik tarka u kenn. Hsiebek dejjem kien fil-kmandamenti, fil-weghda u l-kelma tal-Mahbub.
Ta' min jipprova jghix din l-imhabba ghall-Mahbub. X'Mahbub kellek! U x'hallejtilna bhala wirt!
Mel'hekk, l-imhabba, mel'hekk, dik hi!
L-imhabba hija Gesù - Gesù biss. Dan l-artiklu deher bit-titlu "... Ohla mill-ghasel ghal fommu" fir-rivista Frangiskana, Dawl Frangiskan, Frar 2002, 10-11. Assisi 12.9.2003 |
Xi hadd kien jistaqsih: "X'inhi l-imhabba? Nitolbok ghidli!
U Frangisku wiegeb: "Naf inhallik tistaqsini izjed, imma ma rridx inhallik bil-kurzità. Ha nghidlek. L-imhabba jisimha Gesù".
|
|