|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u n-Nahal
storja mill-Hajja ta' San Frangisk Darba minnhom Frangisku kien migbur gharubbtejh fit-talb hdejn il-Knisja ckejkna tal-Porzjunkola, qrib Assisi. Mieghu kellu lil Fra Silvestru, bniedem semplici u twajjeb.
Kienet ix-xitwa u r-rih kien kiesah hafna. Is-silg kiesah bir-rih kien qed ihabbat mal-hgieg tat-twieqi. F'hin minnhom Frangisku waqaf mit-talb u qal lil Fra Silvestru: "Smajt lil xi hadd ihabbat mat-tieqa, iftah il-bieb Silvestru u stieden lil min hemm biex f'isem il-Mulej jidhol hawn gewwa maghna"
Fra Silvestro fetah il-bieb, hares barra u ma ra 'l hadd u qal: "Missier mhu qed nara 'l hadd, la nies u lanqas annimali. F'dan it-temp min tridu johrog jimxi?!"
Frangisku, sadattant, kif kien gharkubbtejh ma l-art ra xi haga Gabarha f'idu mill-art. Kienet Nahla ckejkna! Frangisku qal fil-pront: "Ohtna in-Nahla ingiebet hawn fostna min Huta r-Rih hekk kif ftaht il-bieb".
Frangisku ipprova jonfoh in-nifs shun tieghu biex isahhan lil dik in-nahla ckejkna. Imma in-Nahla miskina kienet diga' mietet bil-kesha.
Ghalhekk b'lehen imbikkem Frangisku qal lil shiebu: "Ejjew immur, Hija Fra Silvestru, inhabbtu fuq il-bibien tad-djar ta' Assisi halli nittallbu vazett bl-ghasel halli Hutna n-Nahal ikollhom biex jghixu. Dawn hutna tul is-Sajf kollu hadmu ma' waqfu xejn u il-bnedmin hadulhom l-ghazel kollu. Imxi mmurru halli insibulhom ftit halli niehu hsiebhom ghall-imhabba taghhom u tal-Hallieq taghhom.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji ta' Anna Curti. Assisi 25.7.2003 |
Frangisku qal fil-pront: "Ohtna in-Nahla ingiebet hawn fostna min Huta r-Rih hekk kif ftaht il-bieb".
|
|