San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Huttaf - 2

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Darba fost l-ohrajn Frangisku flimkien ma' Fra Egidju wasal f''rahal qrib Siena biex ixandar il-Bxara tal-Vangelu.

 

Kif semghu li kien wasal Frangisku n-nies harget bi hgara minn djarhom u ngabret fil-pjazza biex tisma lil dan il-Bniedem ta' Alla.  Dak il-hin fis-sema kienu qed jittajru ghadd ta' Huttaf.

 

Minhabba il-hsejjes li bdew jaghmlu dawn il-huttaf in-nies ma setghux jismghu car it-thabbir tal-Kelma ta' Alla, ghalhekk San Frangisk qal lill-Huttaf: "Gheziez Huti Huttaf, hudu pacenzja ieqfu ftit mill-kant taghhom sakemm nispicca il-prietka li qed naghmel".

 

Il-Huttaf waqfu lkoll kemm huma mill-kant taghhom u marru jistriehu fuq is-sigar jew fuq il-bjut tad-djar.  In-nies baqghet miblugha b'dak li gara.

 

Meta Frangisku temm id-diskors tieghu qal lill-Huttaf: "Huti gheziez, issa tistghu tergghu tibdew ittiru u tkantaw mill-gdid"

 

Dlonk kif ircevew il-permess minghand Frangisku l-Huttaf bdew itiru u jghollew fis-sema hieles u mill-gdid kantaw l-ghana taghhom.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji minn Anna Curti.

Assisi 21.7.2003


San Frangisk

qal

lill-Huttaf: "Gheziez Huti Huttaf, hudu pacenzja ieqfu ftit mill-kant taghhom sakemm nispicca il-prietka li qed naghmel".