San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Fagan

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Waqt li Frangisku  kien ghal kura ta' ghajnejh post jismu Alberino fi Siena, wahda mara sinjura baghtitlu Fagan tassw sabih.

 

Kif rah Frangisku hadu f'idejh u dritt qabad ifahhar lil Alla:

"Hija Fagan, ikun imfahhar ghal dejjem il-Mulej1".  Imbaghad Frangisku qal lill-hutu l-patrijiet.  "Ejjew naraw jekk Huna il-Fagan iridx jibda maghna jew imur lura mnejn gie!"

 

Frangisku sejjah wiehed mill-patrijiet telaqlu il-Fagan f'idejh u qallu biex jiehdu kemm jista' jkun 'l boghod.  Hekk ghamel il-patri.  Imma kif telqu il-Fagan fetah qwienhajh u tar ghal hdejn Frangisku.  Hekk gara kull darba li haduh 'l boghod mill-gharix fejn kienu.  Meta il-patrijiet ppruvaw jghalqulu t-triq, il-Fagan ghaddielhom minn taht ic-coqqa.  Mata Frangisku ra dan talab lill-patrijiet biex izommuh u jhobbuh.

 

Ftit taz-zmien wara t-tabib li ha hsieb il-kura ta' ghajnejn Frangisku xtaqt li jiehu il-Fagan bhala tifkira.  Frangisk ma qalx le u ta' l-Fagan lit-tabib.  Izda meta il-Fagan sab ruhu fid-dar tat-tabib ma riedx jiekol xejn. It-Tabib haseb li jekk jibqa' ma jikolx il-Fagan kien ser imutlu, ghalhekk rega' hadu lura u tah lil Frangisku.

 

Kif il-Fagan lemah lil Frangisku beda jhabbat gwenhajh u jttajjar u rega' beda jiekol bhal qabel.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji ta' Alessandra Annibali.

Assisi 25.7.2003


Frangisku hadu f'idejh

u dritt qabad ifahhar

lil Alla:

"Hija Fagan, ikun

imfahhar

ghal dejjem

il-Mulej1".