|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u il-Hmar
storja mill-Hajja ta' San Frangisk
Frangiksu kien jithassar lil Hmar li kellu jerfa' il-pis tal-gisem fqajjar tieghu. Matul it-triq Frangisku kien ikellem lill-Hmar u kien jistiednu jfahhar lil Alla: "Hija l-Hmar ejja halli nfahhru lil Alla flimkien, int fahhru ghall-pis li qed iggor fuqek u jiena nfahhru ghat-tbaghtija tal-mard tieghi!".
Darba f'lelja minnhom Frangisku kien riekeb fuq il-Hmar akkumpanjat minn uhud minn hutu il-patrijiet. X'hin waslu fit-triq li taghti ghall-Abbazija ta' san Verecondo. Frangisku kien ghajjien hafna minhabba il-jum twil ta' hidma u predikazzjoni. Meta n-nies tal-post rawh bdew ighajjtu b'kemm kellhom sahha: "Huna Frangisku, ibqa' hawn maghna. Tibqax sejjer ghax matul it-triq li taghti ghall-bosk hemm hafna ilpup feroci u ma jridu xejn biex jattakkaw kemm lilek u kemm lil hmar tieghek!".
Frangisku hassu mqanqal mill-hsieb gentili ta' dawn in-nies u wegibhom: "L-ahwa jiena qatt ma ghamilt deni lill-ilpup biex issa jigu biex jattakkawni jew jaghmlu l-hsara lil dan Hija l-Hmar. Tinkietawx uliedi. Ibqghu ghixu dejjem fl-imhabba tal-Mulej!".
Frangisku kompla diehel fil-bosk u ma gralu xejn la hu , la l-Hmar u lanqas il-patrijiet li kellu mieghu. Matul il-lejl il-bdiewa ma semghu l-ebda ilpup. Fil-hemda tal-lejl semghu biss il-hsejjes tan-naghal tal-hmar li tlikki, tlikki kienu qed jitbiedu mir-rahal.
Il-Qamar kien qieghed jittawwal u jara kollox minn bejn il-frieghi u l-weraq tas-sigar u kien bhal qieghed jitbissem lejn Frangisku u Huh il-Hmar.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji ta' Alessandra Annibali. Assisi 25.7.2003 |
Matul it-triq Frangisku kien ikellem lill-Hmar u kien jistiednu jfahhar lil Alla: "Hija l-Hmar ejja halli nfahhru lil Alla flimkien, int fahhru ghall-pis li qed iggor fuqek u jiena nfahhru ghat-tbaghtija tal-mard tieghi!".
|
|