|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u l-Fenek
storja mill-Hajja ta' San Frangisk Darba fost l-ohrajn San Frangisku li kienu jghixu ghal ftit taz-zmien fl-eremitagg ta' Greccio, il-post fejn il-Qaddis kien ghamel l-ewwel Presepju tal-Milied.
Kif kien hemm wiehed mill-patrijiet li kien ghaddej qalb is-sigar ta' dawk l-inhawi qabad fenek ckejken bix-xibxa li kellu. U bla telf ta' zmien ha dan iz-zarmug ghand Frangisku.
Malli ra z-zarmug b'ghafsa ta' qalb Frangisku qallu bil-hlewwa kollha: "Hija Fenek zghir, ghaliex hallejthom jaqbduk?". U Frangisku baqa' b'harstu f'ghajnejn il-fenek, li minn naha tieghu waqqaf widnejh biex jisma' il-kliem tal-qaddis. Waqt li baqa' imellsu bil-hlewwa Frangisku kollu sabar tennielu kliem ta' twissija: "Hija l-Fenek, erga' mur lura fil-masgar fejn kont qabel".
Il-fenek qabez minn idejn Frangisku, ghamel erba' kuttrumbajsi u telaq jigri lura qalb is-sigar. Izda wara ftit tal-hin, iz-zarmug dar dawra u rega' lura u qabez fuq irkubbtejn Frangisku.
Il-Fenek zghir tefa' harstu fuq dik ta' Frangisku, waqqaf mill-gdid il-widejn kbar li kellu u halla lil qaddis imellsu mill-gdid. Imbaghad qabez qabza ohra u telaq b'girja lejn l-gharix fejn kienu jghixu il-patrijiet.
Frangisku kollu ferhan xtaq izommu mieghu lil dak ic-ckejken zarmug, izda billi gharaf li kien jaqbel aktar ghal dik il-hlieqa ta' Alla li jkun ma hutu l-fniek l-ohra, Frangisku sejjah lill-patrijiet li qabad il-Fenek biex jerga' jiehdu lura qalb is-sigar u kemm jista' jkun aktar 'il gewwa.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji ta' Alessandra Annibali. Assisi 25.7.2003 |
Malli ra iz-zarmug b'ghafsa ta' qalb Frangisku qallu bil-hlewwa kollha: "Hija Fenek zghir, ghaliex hallejthom jaqbduk?".
|
|