San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u d-Dud

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Frangisku  kien spiss ighid lil hutu l-patrijiet: " L-Ahwa huwa facli li nhobbu dawk l-annimali li huma min-natura taghhom huma gwejdin, kwieti u ta' minn ihobbhom.  Huwa inqas facli - kompla Frangisku - li nhobbu lil dawk l-annimal li huma kattivi jew feroci li malli nharsu lejhom xejn ma jigbuna, anzi bil.-maqlub idejquna u jbeghduna minnhom".

  

Ghal Frangisku dan ma kienx semplicement kliem sabih biss, imma kien huwa stess ihobb bil-fatt li dawn it-tipi ta' annimali.  Dan narawh mill-imhabba li wera lil Huh il-Lupu meta zar Gubbio u lill-Hutu l-Grieden li kienu jghaddu minn fuqu meta kien fis-sodda mikdud bil-mard.  Frangisk lill-annimali kollha kien isejhilhom "Hutu" u kien ifahhar lil Alla maghhom u ghal kull wiehed minnhom!

 

Kellu delikatezza kbira lejhom.  Meta kien ikun miexi fit-triq u kien jinzerta jiltaqa' ma xi Dudu ta' l-art jitkaxkar f'nofs ta' triq, Frangisku bid-delikatezza kollha kienu jigbru u bi hlewwa kbira kien ippoggih fil-genb tat-triq taht il-hajt biex hadd ma jghaddi minn fuqu jew jirfsu.

 

Frangisku kien jghidlu b'ghozza kbira: "Ghaziz Hija Dudu zghir, oghqod hawn halli hadd ma jaghfgek taht saqajh!".

 

Frangisku kellu ghozza specjali lejn id-Dud ta' l-art.  Dawn kienu jfakkruh f'Gesł l-Qaddej tal-Mulej, li dwaru is-Salmista kien qal:  "Jien Dudu ta' l-art mhux bniedem!".

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji ta' Alessandra Annibali.

Assisi 21.7.2003


Frangisku

kien

jghidlu b'ghozza kbira:

"Ghaziz

Hija Dudu zghir,

oghqod hawn halli hadd

ma jaghfgek taht saqajh!".