San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Pitirrossi

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Meta darba minnhom Frangisku kien qieghed jaghmel ikla specjali mal-patrijiet tieghu.  Waqt li kienu qed jieklu u jfahhru lil Alla ghal providenza tieghu dahlu mit-tieqa zewg pitirrossi.

 

Frangisku gabar ftit frak tal-hobs fuq idu u stieden liz-zewg ghasafar biex jieklu huma wkoll minn dak li pprovda l-Mulej.  Minn dak in-nhar iz-zewg pitirrossi qatt ma naqsu.  Kienu dejjem jigu fil-hin ta' l-ikel hdejn San Frangisk.

 

Wara xi zmien dawn Hutu l-Pitirrossi ma dehrux izjed.  Imma warajhom hallew il-friegh taghhom. Dawn il-Pitirrossi ckejknin malajr dwar huma ukoll mal-patrijiet u bdew jitqawwew u jikbru gmielhom.  Wiehed minnhom kien aktar f'sahhtu mill-ohrajn.  U x'kien jaghmel?  Waqt li kien jinbex u jimbotta 'l hutu l-pitirrosi l-ohrajn kien jisirqilhom l-ikel taghhom.

 

Frangisk nduna u qal lil il-Pitirros zaqqiq: "Hija Pitirros sabih, mhux sewwa li tiehu dak li mhux tieghek!".

 

Wara li temmew l-ikla taghhom il-Pitirrossi ttajru fis-sema sabih.  Jinghad, izda, li xi jiem wara dak il-Pitirross zaqqiq waqa' f'barmil l-ilma u miskin miet.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji minn Alessandra Annibali.

Assisi 21.7.2003


San Frangisk nduna

u qal

lill-Pitirros zaqqiq:

"Hija

Pitirros sabih,

mhux sewwa li tiehu

dak li mhux tieghek!".